Teatru
Kunċett u Marinton jieħdu ħajja ġdida fuq il-palk

Kunċett u Marinton kienu tewmin. Stenna ftit, xejn taħseb li għax b’tewmin  kienu jixxiebħu. Meta kienu żgħar kienu wiċċ wieħed, iżda issa, li qabżu s-sittin, Kunċett u Marinton saru qishom il-lejl u n-nhar.

U jekk fi tfulithom kienu wiċċ wieħed, żgur li qatt ma kienu ta’ fehma waħda. Dak li għal Kunċett hu iswed għal Marinton hu abjad silġ; u dak li jferraħ lil waħda malajr iqarras lill-oħra. Imma b’danakollu kienu qishom id-dell ta’ xulxin, u meta jkunu jitkellmu mal-barranin taħsibhom qishom żewġt anġli li dak li tgħid waħda jkun ‘Vanġelu’ għall-oħra. Imma min kien jafhom sewwa, bħal ngħidu aħna, Nata ta’ biswithom, kien jaf tajjeb bid-divrenzja kbira ta’ bejniethom.

Dal-kelmtejn jittantaw jagħtu xbieha ħajja ta’ Kunċett u Marinton, iżda min irid jarahom tassew jieħdu l-ħajja finalment se jkun jista’ jagħmel dan. Għall-ewwel darba l-praspar tagħhom mhux se taqrawhom biss, iżda se tarawhom fil-Malta Drama Centre il-Ħamrun.

Din il-produzzjoni qed issir minn 4Teenth Productions u Trevor Zahra b’addattament u direzzjoni ta’ Dominic Said, u se tittella’ f’ħames wirjiet bejn is-26 t’Ottubru u l-4 ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

“Id-Driegħ t’Alla” huwa dramm fi tliet atti li l-Kumpanija Teatrali Aniċi se ttella’ fis-Sala Dun Edgar tal-Imġarr, nhar is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta’ Novembru 2018. Dan huwa dramm…

Teatru

F’din il-ħarifa, Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ The Rubberbodies Collective, se jippreżentaw id-debutt ta’ xogħol teatrali dokumentattiv bejn it-12 u t-18 t’Ottubru. NASSABA – Song of a Bird, miktub minn Jimmy…

Teatru

Il-programm huwa bbażat fuq it-tliet temi ewlenin ta’ Spazju Kreattiv – identità, diversità u eredità. Il-mistiedna nġabru fi Spazju Kreattiv nhar is-Sibt filgħaxija fl-okkażjoni tat-tnedija tal-programm eċitanti u divers tal-2018/2019…

Teatru

Unifaun Theatre Company will be hosting the long-awaited performance of this once-banned play. The play has been known to generate controversy among theatre-goers, but staging it is an act in…

Aktar