Wirja
Kwart ta’ seklu ta’ storja tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju mfakkra b’wirja

Fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fl-Imqabba, s-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ser torganizza Wirja b’differenza.

Din il-Wirja ser tinkludi diversi oġġetti li jirriflettu propju dan il-vjaġġ ta’ kwart ta’ seklu li fih iż-żgħażagħ sawwru l-istorja tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Għalhekk nistidnukom tiġu magħna lura fiż-żminijiet passati u ġġeddu l-memorija billi taraw id-diversi xogħolijiet li għamlet is-Sezzjoni Żgħażagħ tul is-snin.

Din il-Wirja ser tkun miftuħa għall-pubbliku fis-swali tas-Sede tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba bejn il-Ġimgħa 4 u l-Ħadd 13 ta’ Mejju 2018. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq in-numru 79685091 jew fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Se titnieda l-Maltex Philatelic Exhibition and Collectors’ Fair, wirja li se tiġbor fiha fost l-oħrajn kollezzjonijiet ta’ oġġetti tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan minbarra li se jkun hemm għall-wiri fliexken tradizzjonali…

Wirja

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed itella’ s-16-il edizzjoni tal-wirja annwali tal-filatelija, din is-sena bit-titlu ‘Ecclesia Sanctorum – il-Wirt Reliġjuż fuq il-Bolol u Aktar’. Din il-wirja filatelika bit-tema tar-reliġjon se…

Wirja

Truimvirate – opened at ArtHall in Gozo on Friday evening with a huge welcome for the artists and positive responses for this new exhibition from those present. 3 artists from…

Wirja

Il-Qrendi huwa raħal qadim bi storja ferm akbar minnu. Madankollu ir-raħal tipiku tal-Qrendi mhuwiex biss it-tempji preistoriċi, imma huwa wkoll sensiela ta’ punti ta’ riferimenti storiċi li flimkien jagħmlu damma…

Aktar