Attivita'
‘L-Anġlu tad-Dar’ reċta mtellgħa mill-istudenti tas-Seminarju Minuri f’Għawdex

Kull dar għandha anġlu biex iħares lil min jgħix għall-kenn tal-ħitan tagħha … imma l-imsejken anġlu Tonio ilu snin ma jara lil xi ħadd fid-dar li kien jieħu ħsieb! L-affarijiet jinbidlu meta xi tfal jidħlu f’din id-dar u minn hemm jibdew serje ta’ inċidenti li jwasslu biex l-anġlu Tonio jwettaq l-aħħar missjoni tiegħu …

‘L-Anġlu tad-Dar’ hu spettaklu ta’ reċtar, kant, mużika u żfin li l-istudenti u l-istaff tal-iskola tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, tar-Rabat, Għawdex se ttella’ nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru, 2018 ġewwa t-Teatru Astra fis-7:00pm, fuq kitba ta’ Alexander G Farrugia u direzzjoni ta’ Paul Rapa.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-iskola tas-Seminarju Minuri waqt il-ħin tal-iskola jew billi ċċempel fuq 99228506 jew inkella tibghat imejl fuq
[email protected]

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Sa mill-1974, bi storja ta’ 45 sena, il-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin dejjem ħadmet qatigħ biex ittella’ dramm tal-passjoni għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan id-dramm illum tista’ tgħid huwa sinonimu mal-ġranet tar-Randan…

Attivita'

Il-Festival Gaulitana jirritorna bejn it-8 ta’ Marzu u s-7 t’April 2019, b’edizzjoni li ser tkun marbuta mat-tema “Il-Mara fis-Soċjetà”. Il-festival ħa spunt mill-Manon Lescaut (l-opra magħżula għal din is-sena) u…

Attivita'

Il-‘katavru’ ta’ aristokratiku Ruman ġie espost għall-pubbliku f’parti prominenti tad-Domus Romana, ir-Rabat, Malta. Il-funeral li se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 17 ta’ Frar, se jitlaq mid-Domus u jipproċedi lejn…

Attivita'

A Meow hall, where you can meet impressive breeds and new rare breeds (the Japanese Bobtail, Kurlian Bobtail, Russian Blue & Don Sphynx) and hear owners talk about their breeds.  Two days of…

Aktar