Attivitajiet Kulturali
L-arpa u l-poeżija fl-aħħar serata ta’ Iljieli fit-Teatru

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta.

Tul din is-serata il-pubbliku se jkun mistieden jiltaqa’ ma’ żewġ artisti ewlenin f’pajjiżna: l-arpista Caroline Calleja, li se tesegwixxi xogħlijiet magħrufin fir-repertorju tal-arpa tal-kompożituri Spohr, Glinka, Faure’ u Tournier; u l-poeta Maria Grech Ganado, meqjusa bħala waħda mill-aqwa ilħna poetiċi ta’ pajjiżna u mogħtija r-rikoxximent għall-ħidma lettararja tagħha mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Din se tkun serata unika, fejn il-ħoss tal-arpa u l-mużikalità tal-kelma jitwaħħdu. Caroline Calleja se tkun qegħda wkoll tagħti spjega fuq kif taħdem l-arpa u kif tindaqq.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħamis li ġej, 25 t’April, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għas-sitt sessjoni Milk in the 17th and 18th Century Malta, li se tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Waqt dan l-avveniment,…

Attivitajiet Kulturali

Il-Karnival huwa wieħed mill-eqdem festivals storiċi f’Malta, bi ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja kkreditata u dokumentata li tmur lura għal żmien il-Kavallieri f’Malta. Kreazzjonijiet artistiċi ġodda jinħolqu waqt…

Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Aktar