L-arti u d-dixxiplina tal-kitba kreattiva minn fomm awtur Sirjan fl-Università
L-awtur magħruf Sirjan Khaled Khalifa se jkun l-Università ta’ Malta l-Erbgħa 25 ta’ Frar f’12.00pm biex jaqra mir-rumanzi tiegħu u jitkellem dwar l-arti u d-dixxiplina tal-kitba kreattiva.Din it-taħdita hija parti mill-kors tad-Degreeplus tad-Dipartiment tal-Malti, Nagħmlu Storja Tinkiteb, u qed tiġi organizzata bl-għajnuna ta’ Inizjamed.
Minkejja l-gwerra qalila li hemm f’pajjiżu, Khaled Khalifa, li twieled u trabba f’Aleppo, għażel li jibqa’ jgħix f’Damasku, u qed jikteb djarju li jiddokumenta l-esperjenzi tiegħu u tal-ħbieb tiegħu fil-gwerra.
F’artiklu fuq is-sit ta’ TVM, tvm.com.mt li kitbet wara t-taħdita pubbliku li għamel l-awtur dan l-aħħar fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, Antonia Micallef ikkwotat minn dan id-djarju: “Naħseb fuq il-kitba kemm fallietni u ma setgħetx tikkonsla omm waħda ta’ martri jew tgħin lill-midrub biex jirkupra, jew lil xi tfajjel taħt tinda. Imma l-kitba hija kulma jinħtieġli. L-unika kura biex ma ninbidilx f’qattiel jew nitgħallaq.”
Khaled Khalifa se jiġi ppreżentat minn Ghenwa Mumari, mid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali, u intervistat minn Dr Adrian Grima u Clare Azzopardi. Id-dħul huwa b’xejn u kulħadd jista’ jattendi. It-taħdita se ssir fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Mikiel Anton Vassalli (GW) HD1.
Ritratt: Faryal Kap
Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Nhar il-Ħadd li għadda, madwar 4,000 viżitatur aċċettaw l-istedina ta’ Heritage Malta biex iżuru bla ħlas it-Tempji Megalitiċi ta’ Ħal Tarxien waqt attività li fiha ġie inawgurat ukoll ktieb ġdid…

Diskussjoni

Fl-aħħar xhur, l-għaqda Wirt Għawdex rċeviet diversi mistoqsijiet kemm mill-membri tagħha kif ukoll mill-pubbliku dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-mina proposta biex tgħaqqad lil Għawdex u lil Malta. Qabel ma’ l-għaqda…

Edukazzjoni

Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Marzu f’Casino Notabile, is-Saqqajja, se titnieda l-pubblikazzjoni finali ta’ TAĦŻIŻ 6. L-editriċi ta’ din l-edizzjoni hija Simone Inguanez. TAĦŻIŻ 6 kien imqassam fuq numru ta’ seminars, inkluż…

Diskussjoni

In the last few months Wirt Għawdex has been asked by its members and the general public about its position with regards to the proposed tunnel linking Gozo to Malta….

Aktar