Produzzjoni
L-artisti tas-sena b’żifna għat-tfal
Moveo Dance Company, ippremjata l-Premju għall-Arti bħala l-Artist tas-Sena 2017, se tippreżenta produzzjoni taż-żfin għat-tfal ġot-Teatru Salesjan. Blooming Creatures hija produzzjoni ispirata min-natura u permezz taż-żfin tesplora movimenti ta’ kreaturi jinteraġixxu ma’ l-ambjent ta’ madwarhom. Kull kreatura tiżviluppa interazzjoni unika mal-abitat tagħha skont il-bżonnijiet tagħha, kemm jekk tkun għan-nutrizzjoni, ossiġnu jew għall-għixien. Il-produzzjoni hija adattata għal tfal minn tliet snin ‘il fuq u se tkun ippreżentata fis-7 u t-8 ta’ April fis-6.30 pm. Hija t-tieni produzzjoni ppreżentata minn Teatru Salesjan u Culture Venture bħala parti mill-istaġun teatrali Nuna Palk immirat għall-familji u t-tfal.
B’koreografija ta’ Dorian Mallia u bi żfin minn Diane Portelli, Davide Cannata u Silvia Scalici, Blooming Creatures, se tiġi ppreżentat f’ambjent intimu fejn l-udjenza ssegwi minn fuq il-palk tat-teatru storiku fil-qalba ta’ Tas-Sliema. B’hekk it-tfal se jkunu jistgħu jaraw mill-viċin l-ispettaklu u jissaħħru bil-kuluri tal-kostumi u jkabbru l-immaġinazzjoni tagħhom bil-moviment taż-żeffiena. Wara l-produzzjoni, it-tfal ser jiġu mistiedna biex jingħaqdu maż-żeffiena biex jesploraw l-ambjent kreattiv maħluq waqt l-ispettaklu. Dorian Mallia, il-fundatur u d-Direttur Artistiku ta’ Moveo Dance Company, qal li “Blooming Creature tibqa’ waħda mill-aktar produzzjoni popolari u attraenti għat-tfal maħluqa minn Moveo Dance Company’. Is-Sur Mallia waqqaf Moveo Dance Company fl-2008 u r-repertorju tal-kumpanija ġie ppreżentat lokalment kif ukoll internazzjonalment inkluż il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju Unit, l-Italja, Spanja u l-U.S.
Blooming Creatures ġiet ippreżentat l-ewwel darba waqt il-festival ŻiguŻajg u ttellgħet ukoll fiċ-Ċentru tal-Arti Kennedy f’Washington D.C bħala parti mill-Festival Eurokids.
Il-biljetti huma limitati, jibdew minn €8 u huma disponibbli minn www.tsmalta.com/tickets
Aħbarijiet Oħra
Produzzjoni

Żgur li min għandu għal qalbu l-kummiedja Maltija, xi darba jew oħra sema’ b’din il-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib miktuba mill-awtur Manwel Haber. Din il-kummiedja li ttellgħet 35 sena…

Produzzjoni

Il-Ħanina Maddalena huwa musical ġdid tal-maestro Dominic Galea b’kitba ta’ Simon Bartolo u lirika ta’ Loranne Vella. Iva, dawk it-tnejn; l-istess Simon Bartolo u Loranne Vella tar-rumanzi ta’ It-Triloġija tal-Fiddien,…

Attivita'

Il-Ġimgħa Mqaddsa mal-Franġiskani, Musical fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani. Waqt din il-produzzjoni, mhux se jinżammu r-regoli tas-soltu, b’personaġġi bħal Pilatu, San Ġwann, is-Suldat li tah is-swat kif…

Attivitajiet Kulturali

Drammi tal-Passjoni, wieħed sar isibhom f’kull belt u raħal f’Malta. Storja tirrepeti ruħha, forsi bi ftit kliem differenti, imma xejn ġdid. U kien propju dan li l-Għaqda Talent Dingli ma…

Aktar