Attivita'
L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2019

Għal diversi snin, l-ilsien Malti ma kienx l-għażla popolari tan-nies fix-xena tal-ispettaklu bil-għan li jintlaħqu l-udjenzi barranin iżda meta fil-Malta Eurovision Song Contest 2017, tfaċċat kanzunetta oriġinali bil-Malti, ir-rispons kien wieħed spettakolari, bil-barranin jixhdu li jixtiequ jisimgħu aktar b’din il-lingwa.

Il-prestazzjoni ta’ kanzunetti oriġinali bil-lingwa Maltija hija xi ħaġa li matul dawn l-aħħar snin żdiedet permezz ta’ spettakli L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija u konkorsi lokali oħra.

L-għan ta’ dan il-festival qatt ma kienet li tinħoloq kompetizzjoni bejn il-parteċipanti, iżda li jkun hemm it-tkabbir tal-liberta’ espressiva fil-kanzunetta bl-ilsien matern, l-ilsien Malti. Dan huwa proġett li jittella’ b’impenn u entużjażmu permezz ta’ ħidma flimkien bejn entitajiet kemm volontarji kif ukoll governattivi.

Kien propju għalhekk li fl-2018, li l-kumitat tal-Għanja tal-Poplu reġa qajjem l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala attivita’ biex jilħaq iż-żgħażagħ ta’ taħt is-sittax-il sena. Dan il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ San Benedittu, l-Malta Concert Orchestra, u l-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement, l-Akkademja tal-Malti, u Aġenzija Żgħażagħ; u bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Awtorita tal-Ippjanar.

Il-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħżagħ 2019 ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu. Lapplikazzjonijiet għall-5 edizzjoni ta’ dan il-festival intlaqgħu fis-27 ta’ Novembru 2018. Il-kumitat organizzattiv għażel ġurija professjonali li kienet mitluba tagħżel l-aħjar kanzunetti fost dawk sottomessi minn fuq ir-rikording provdut.

Ir-riżultat aħħari kien ta’ 24 semi-finalista, li minnhom,ġurija oħra riedet tniżżilhom għal 16-il finalist wara li tismahom lajv fil-Kulleġġ San Benedittu. Lgħażla ma kinitx faċli iżda 8 kanzunetti riedu jiġu eliminati, biċċa xogħol diffiċli skont il-ġurija li saħqu għal darba, darbtejn li l-livell kien wieħed għoli ħafna.

L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ħa jseħħ fil-15 ta’ Marzu 2018 fis-sala tal-Kulleġġ San Benedittu bi preżentazzjoni ta’ Martina Cutajar u Nathan Psaila. Ħa jkun hemm żewġ rapreżentazzjonijiet l-ewwel waħda filgħodu miftuħa biss għat-tfal tal-iskejjel u l-għalliema tagħhom u t-tieni waħda li hija miftuħa għall-pubbliku.

Il-mistiedna speċjali tul is-sereta ħa jkunu r-rebbieħa tas-sena l-oħra, Aidan Jay Drakard u Eliana Gomez Blanco li rebħu l-festival is-sena li għaddiet, kif ukoll ir-rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2006, Christabelle Borġ, li riċentament irrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest.

Għal aktar informazzjoni dwar L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ kif ukoll L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija nħeġġukom iżżuru s-sit elettroniku: ghanjafest.com jew facebook.com/GhanjaTalPoplu

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat. Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk…

Attivita'

Li tkun preżenti fit-tempji preistoriċi tal-Mnajdra, l-Qrendi, fi sbieħ il-jum huwa diġà mument uniku. Iżda għada, il-pubbliku se jkun jista’ josserva wkoll l-ewwel raġġi tax-xemx hekk kif jidħlu direttament mill-entratura…

Attivita'

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, se jsir seminar dwar “L-Għasafar trid Għasafar: Il-Lingwaġġ tan-Nassaba” bis-sehem ta’ Raymond Cordina, Michael Grima, Louis Camilleri,…

Attivita'

Wara 35 sena, fuq kitba ta’ Manwel Haber, ACTion Productions se terġa’ tippreżenta l-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib. L-istorja ta’ din il-kummiedja ddur mal-familja Mula. Jessie, tfajla mqarba u…

Aktar