Arti
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti ttella’ wirja artistika ta’ Deborah Musù

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ wirja artistika ta’ Deborah Musù mis-Sibt 13 sas-Sibt 27 ta’ Jannar 2018 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

Il-Ħinijiet tal-wiri huma mis-6pm sat-8pm kulljum bil-Ħdud mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm.

Deborah Musù hija artista li twieldet fl-20 ta’ Mejju 1988. Hi wriet interess fl-arti sa minn eta’ bikrija u bdiet tistudja l-arti meta kellha 14-il sena taħt il-gwida tal-artist Matthew Cassar.

Deborah Musù tesprimi ruħha bl-arti u l-ġeneru favorit tagħha huwa dak taż-żejt fuq it-tila. Il-pitturi tagħha jvarjaw minn xeni ta’ pajsaġġ naturali interpretat minn lenti moderna, figuri li jirrappreżentaw il-bniedem kif ukoll pitturi b’element simobliku.

Għal aktar tagħrif tistgħu żżuru www.talentmosti.com jew il-paġna Facebook: Razzett tal-Markiż

Din l-attività qed tittella’ bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina.

Aħbarijiet Oħra
Arti

It-Taqsima tal-Kultura u t-Turiżmu fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għar-reba’ sena konsekuttiva se ttella’ wirja dwar il-wirt Żejtuni. Din il-wirja fotografika 100 IKONA b’fotografija ta’ Angelo Caruana u Glen Chircop…

Arti

Maltese artist David Xuereb in collaboration with Gallery Last Touch will be presenting David’s latest work in an exhibition called ‘13’.  The opening will be held at Gallery Last Touch on…

Arti

Corrado Iozia twieled f’Borzonasca nhar il-21 ta’ Settembru 1943. Iozia huwa Pittur-skultur figurattiv ta’ fama li ħa sehem f’diversi wirjiet kemm fl-Italja, Sqallija kif ukoll f’Malta u f’Għawdex. Din hija is-seba’…

Aktar