Kultura
L-Għaqda Każini tal-Banda qed torganizza wirja fotografika fid-daħla tal-Parlament ta’ Malta

Bħala għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet li l-Għaqda Każini tal-Banda għamlet matul din is-sena flokkażjoni tas-sebgħin anniversarju mit-twaqqif tagħha, matul dan ix-xahar qed tittella’ l-wirja ‘Il-Festi Maltin minn ġol-lenti’.

Din hija wirja fotografika ta’ ritratti relatati mall-Festi Maltin meħuda mill-fotografu Sebio Aquilina u qed issir fl-intrata tal-Parlament ta’ Malta, ilBelt Valletta bejn il-Ġimgħa 1 u l-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2017. Il-wirja hija taħt il-patroċinju tal-Onor. Anġlu Farrugia M.P., Speaker tal-Kamra tad-Deputati, Parlament ta’ Malta. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma kuljum mit-08.30 sal-17.00 u l-Ħdud mid-09.00 sa 12.30. Il-pubbliku
huwa mħeġġeġ jattendi.

L-Għaqda Każini tal-Banda hija l-organu uffiċjali li jgħaqqad il-każini tal-banda Maltin u Għawdxin flimkien, bl-għan li mhux biss ikun il-vuċi tagħhom fejn u meta meħtieġ, iżda ukoll bl-interess ġenwin li jsaħħah ir-relazzjonijiet bejniethom u jiżviluppa l-karattru awtentiku
tagħhom fl-era li qegħdin ngħixu fiha.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Diċembru, Inizjamed se torganizza l-għoxrin Palk Ħieles tagħha. Ħriġna mill-addolexxenza, imma għadna rridu noħolmu, għadna rridu nkunu ħielsa. Fil-fatt sejrin f’post li huwa wkoll ħolma li…

Kultura

Fl-okkażjoni tal-10 anniversarju minn meta ġie varat il-proġett the facade in Yuletide mis-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni, se jitella’ spettaklu ta’ dawl sinkronizatt mal-mużika b’effetti ġodda. Għal…

Kultura

Għalfejn jgħidu li l-erwieħ jifirxu s-sarvetta? Qatt smajt bil-borma tal-erwieħ jew bil-ħanżira tal-erwieħ? X’ikun it-tubru li jintrama’ fil-knejjes? L-Għid tal-Erwieħ ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur hi attività oħra mtella’ minn Heritage Malta…

Kultura

Did you know that Malta once hosted Greek refugees? Learn more about what it meant for the Knights to come to Malta. Follow in their footsteps during FAA’s visit to…

Aktar