Mużika
L-Għaqda Mużikali Sant’ Elena ta’ Birkirkara tiċċelebra l-100 anniversarju

Matul is-sena 2019, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara qed tħejji programm speċjali ta’ attivitajiet sabiex jitfakkar dan l-anniversarju speċjali u importanti, tal-għaqda li twaqqfet fl-1919.

Proprju għada s-Sibt 5 ta’ Jannar, din is-soċjetà ser tkun qed tiftaħ uffiċjalment dawn l-attivitajiet bi programm mużikali fl-okkażjoni tal-Epifanija ġewwa l-Kolleġġata Bażilika ta’ Sant’Elena f’Birkirkara stess taħt il-patronċinju tar-Reverendissmu Prepostu Arċipriet Mons Paul Carmel Vella.

Għal dan il-kunċert, il-Banda Sant’Elena mistennija tesegwixxi diversi siltiet mużikali sagri u oħrajn bit-tema tal-Milied. Fost l-oħrajn ser nisimgħu xogħlijiet minn kompożituri bħal GF Handel, Morricone u Puccini kif ukoll diversi għanjiet popolari ta’ żmien il-Milied bħas-Sinfonia Pastorale ta’ Mro Emmanuele Galea.

Dan il-kunċert ser jara s-sehem ukoll tal-kantanta żagħżugħa Kristy Spiteri fejn bil-vuċi stupenda tagħha ser tkun qed takkumpanja lill-Banda Sant’Elena b’żewġ siltiet mużikali.

Wieħed mill-bandisti tal-post ta’ din il-Banda, Alan Saliba, din is-sena ser ikun qed jiċċelebra l-10 sena tiegħu bħala bandist mal-Banda Sant’Elena. Għaldaqstant, f’dan l-istess kunċert huwa ser ikun qed jesegwixxi solo tas-silta ‘Nella Fantasia’ mill-film ‘The Mission’ li ħareġ fl-1986.

F’dan il-kunċert, ser tkun qed tiżżanżan ukoll kompożizzjoni ġdida tas-Surmast Direttur Mro Joe Vella, li taħtu ser tkun id-direzzjoni tal-banda f’dan il-kunċert. Innu 100 sena Banda Sant’Elena hija din il-kompożizzjoni ġdida dedikata għal dan iċ-ċentinarju prestiġjuż.

Dan il-Kunċert ser ikun qed jittella’ mill-Għaqda Mużikali Sant’Elena b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Wisq Reverendissmu Kapitlu Elenjan, filwaqt li s-serata ser tkun preżentata minn Aaron Zahra.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Music lovers should not miss the upcoming inauguration concert of the Frobenius Organ by John Aquilina at the Church of Jesus of Nazareth, Sliema, on 29 March 2019 at 7.15p.m…..

Mużika

After the podium at the 69th Sanremo Music Festival and the success of the new album “Musica”, Il Volo is preparing for a series of prestigious live events, that demonstrate…

Mużika

It’s March 2019 and the Gozo Youth Orchestra, under the direction of Mro. Dr. Joseph Grech and in collaboration with 7SPP and Festivals Malta, is once again on the road….

Mużika

Il-Qtates ta’ max-Xatt huwa spettaklu maġiku għat-tfal li se jiftaħ il-programm ta’ Teatru Malta għall-2019 fit-23 u l-24 ta’ Frar bi sħubija ma’ Festivals Malta. Din il-produzzjoni hija adattament tal-ktieb…

Aktar