Mużika
L-Għaqda Mużikali Sant’Elena bi Programm Mużikali Annwali 2018

L-Għaqda Mużikali Sant’Elena ser torganizza t-tmienja u għoxrin Programm Mużikali Annwali tagħha nhar is-Sibt, 14 ta’ April, 2018, fis-Sala tal-Kulleġġ Santa Tereża, Skola Sekondarja, Mrieħel, fis-7 pm.

Dan il-programm, li din is-sena huwa taħt il-patroċinju tas-Sur Nazzareno Vassallo, se jkun ippreżentat minn Moira Delia, filwaqt li se jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-banda tal-Għaqda taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Joe Vella, u s-solisti Michela Galea bħala kantanta u Bernard Curmi bħala vjolinista.  Se tieħu sehem ukoll is-Santa Maria Accordian Band Malta.

Bħas-soltu, il-Programm Mużikali Annwali se jkun fih siltiet meħuda mir-repertorju klassiku, popolari u anki minn dak modern u kontemporanju.

L-Għaqda qed tippreżenta dan il-programm bħala pass ieħor lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019.  Min jixtieq jattendi jista’ jaqta’ l-biljetti mill-każin jew mis-Sala stess qabel il-Programm Annwali.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Maltese tenor Nico Darmanin will be holding his first-ever big band swing concert in Malta next February – just in time for Malta’s swing-music lovers to enjoy a truly unforgettable…

Mużika

Imħabbra d-dati għall-Beland Music Festival 2019, li issa dieħel fit-tmien edizzjoni tiegħu biex sar wieħed mill-aktar popolari mal-poplu Malti fost il-kalendarju ta’ avvenimenti mużikali stabbiliti fuq bażi nazzjonali. Bejn it-3…

Mużika

Matul is-sena 2019, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara qed tħejji programm speċjali ta’ attivitajiet sabiex jitfakkar dan l-anniversarju speċjali u importanti, tal-għaqda li twaqqfet fl-1919. Proprju għada s-Sibt 5 ta’…

Mużika

Gaulitana: A Festival of Music will present the concluding concert of the Miriam Gauci Vocal Master Class on the 6th of January, 2019 at 19:00hrs at the Ministry for Gozo…

Aktar