Teatru
L-għaqda Skene tinterpreta l-istorja ta’ Scrooge

Ħafna drabi ż-żgħażagħ ikunu fl-aħbarijiet meta jagħmlu xi ħaġa ħażina. Il-kummenti fuq fomm bosta jkunu li ż-żgħażagħ tal-lum ħsiebhom fix-xalar u li tilfu l-valuri li kienu jħaddnu l-antenati tagħna. Madanakollu din hija ġeneraliżazzjoni hekk kif ssib bosta żagħżagħ li għad għandhom għal qalbhom it-tradizzjonijiet Maltin bħall-festa u l-valur tal-volontarjat.

Skene, il-grupp teatrali li jinsab Ħal Luqa, jaħdem fuq il-prinċipji tal-volontarjat. Matul is-sena jittellgħu diversi produzzjonijiet mill-membri tal-istess għaqda flimkien ma’ performers oħra li jingħaqdu mat-tim għall-produzzjonijiet partikolari. Mill-istess għaqda teatrali ħarġu bosta atturi li llum huma stabbiliti fix-xena teatrali Maltija.

Fil-fatt bħalissa grupp ta’ żgħażagħ, flimkien ma’ volontiera oħrajn li huma żgħażagħ fl-ispirtu, jinsabu jaħdmu bla waqfien sabiex fit-12 u t-13 ta’ Diċembru jtellgħu l-produzzjoni mużikali Mister Scrooge li għandha kitba u direzzjoni ta’ Frederick Camilleri.

L-istorja tal-karattru Ebenezer Scrooge, li se tkun interpretata mill-abbli Jesmond Tedesco Triccas, hija waħda li bosta jafu. Storja li ġġagħlna naħsbu kemm il-flus mhumiex kollox, kemm irridu napprezzaw dak li għandna u ngawdu lil dawk qrib tagħna speċjalment f’dawn il-ġranet ta’ festi. Ebenezer Scrooge, raġel xħiħ li ħajtu ddur mal-flus, ikollu żjara mill-ispirtu tal-ekskollega tiegħu Jacob Marley (Mark Mifsud) li jispjegalu li ser iżuruh tliet spirti (Pamela Schembri, Justin Sean Grech u Yousef Massa) li jieħduh fil-passat, fil-preżent u fil-futur. Wara ż-żjarat tagħhom Scrooge jinbidelu jagħraf x’inhu verament importanti fil-ħajja. Fost l-oħrajn jibda jitratta lill-ħaddiem tiegħu Bob Crachet (Joseph Fenech) u l-familja tiegħu b’dinjità.

Ir-rehearsals kemm mill-atturi u miż-żeffiena ilhom għaddejjin ġimgħat sħaħ, fil-waqt li grupp ieħor ta’ volontiera ħadmu fuq is-sett, il-props, il-kostumi, id-dwal u s-sound sabiex itellgħu produzzjoni denja bħalma dejjem ikollhom Skene.

Titilfux l-opportunità illi tidħlu intom u t-tfal tagħkom fl-atmosfera tal-Milied billi tiġu taraw din il-produzzjoni li żgur mhux ser tiddiżappuntakom. Il-parti prinċipali ta’ Ebenezer Scrooge ser tkun interpretata minn Jesmond Tedesco Triccas, li ser ikun qed jaħdem ma’ talent stabbilit ieħor fosthom Mark Mifsud li ser jinterpreta l-parti ta’ Jacob Marley, Joseph Fenech fil-parti ta’ Bob Crachit u Justin Sean Grech fil-parti tal-ispirtu tal-preżent. Il-produzzjoni mużikali Mister Scrooge ser tittella’ nhar it-Tlieta 12 u l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru 2017 fis-7.30pm fit-Teatru Metanoia f’Ħal Luqa.

Aħbarijiet Oħra
Produzzjoni, Teatru

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, f’Ħadd il-Palm, it-toroq u l-pjazza ta’ Ħal Għargħur, se jinbidlu fi spazju teatrali għall-familja kollha.  Imma għax nhar Ħadd il-Palm, f’Ħal Għargħur se jkun hemm drama,…

Teatru

Tarxien Pageant Group ser ikun qiegħed jerġa’ jtella’ pageant tal-Passjoni f’għeluq il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Din is-sena id-Dramm, CREDO ser ikun qiegħed jittghella Live u se jkun jinvolvi ‘l…

Teatru

Il-ġimgħa li għaddiet tħabbar il-kast stellari ta Raymond “Fight” Beck, il-produzzjoni li jmiss ta’ Teatru Malta li ġie mwaqqaf m’ilux, flimkien ma’ Spazju Kreattiv, u Andre Mangion permezz tal-appoġġ tal-Fond…

Attivita, Teatru

Trakk karnival! ​Litteralment. L-ewwel ħarġa tat-teatru nazzjonali mal-pubbliku Malti se tkun il-Qarċilla tradizzjonali, imma mħawra. Il-Qarċilla ta’ din is-sena se tkun spettaklu tat-triq b’karattri vvintati li jgħixu f’Ħal-Kawlata, ir-raħal tal-frott u l-ħxejjex,…

Aktar