Attivita'
L-Għarusa Karfusa – il-Qarċilla għall-2018

Trakk karnival! ​Litteralment. L-ewwel ħarġa tat-teatru nazzjonali mal-pubbliku Malti se tkun il-Qarċilla tradizzjonali, imma mħawra. Il-Qarċilla ta’ din is-sena se tkun spettaklu tat-triq b’karattri vvintati li jgħixu f’Ħal-Kawlata, ir-raħal tal-frott u l-ħxejjex, li jivvjaġġaw fuq trakk.

Iva, sewwa qrajtu. Teatru Malta ngħaqad mal-assurdist miġnun Jacob Piccinino, li għadu ħiereġ frisk frisk mill-esperjenza tiegħu fl-iskola Jacques Lecoq ġewwa Pariġi, li għaqqad flimkien tim ta’ artisti żgħażagħ imġienen daqsu, li qed jaħdmu mal-poeta Leanne Ellul biex joħolqu spettaklu li jagħmel ġieħ lill-istorja twila tal-Qarċilla.

Fil-fatt, il-Qarċilla hija l-ewwel test teatrali li qatt ġie rrekordjat bil-Malti, u jmur lura għall-1760, miktub minn Dun Feliċ Demarco. Mur għidlu lil Dun Feliċ li din kienet se terġa’ ssir fis-seklu 21. Ix-xalata farseska ta’ karikaturi, kuluri u ħsejjes se tkun qed iżżur il-Belt Valletta, il-Ħamrun, ir-Rabat (Għawdex), in-Nadur u Ħal Għaxaq.

Ħaġ’oħra li tagħmel din il-produzzjoni aktar kurjuża hija l-fatt li l-kast internazzjonali se jkun qed jitkellem bil-Malti b’kull tip ta’ aċċent, biex jagħti dimensjoni Ewropea interessanti lil dan l-avveniment storiku. Il-mużika live li se tkun qed issebbaħ is-sett imqarqaċ ta’ Jennings
Falzon – magħmul biss minn materjali riċiklati – se żżejjen b’aktar eċitament lil din il-produzzjoni delizzjuża.

Għalhekk, ingħaqdu magħna u ppruvaw sibu dan it-trakk mimli frott u ħxejjex, ingħaqdu mal-folla u ltaqgħu ma’ Dun Tadama, Pomme De Terre, Warda Vjola, Bajtru u ovvjament L-Għarusa Karfusa​; li proprju nebbħet il-Qarċilla ta’ din is-sena.

Id-dettalji kollha jistgħu jinstabu fuq www.teatrumalta.org.mt. Il-Qarċilla hija appoġġjata minn Festivals Malta u l-Ministeru għal Għawdex; u hija parti mill-festeġġjamenti nazzjonali tal-Karnival.

Ritratt: Karl Andrew Micallef

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Kull dar għandha anġlu biex iħares lil min jgħix għall-kenn tal-ħitan tagħha … imma l-imsejken anġlu Tonio ilu snin ma jara lil xi ħadd fid-dar li kien jieħu ħsieb! L-affarijiet…

Attivita'

Fil-Perjodu Ruman kien isir rit ta’ eżorċiżmu sabiex in-nies jeħilsu mill-ispirti ħżiena fi djarhom. Dak iż-żmien kienu jemmnu li f’każijiet meta bniedem ma jingħatax difna xierqa jew meta ma jingħadux…

Attivita'

Matul din is-sena, fiż-Żurrieq qegħdin ikunu ċċelebrati bil-kbir tliet anniversarji importanti fl-istorja ta’ dan ir-raħal. Dawn huma: l-200 sena mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ Santa Katarina V.M. xogħol l-istatwarju Marjanu Gerada,…

Attivita'

L-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni flimkien mal-Kunsill Lokali l-Għarb huma kburin li ser itellgħu t-tieni edizzjoni “Make Music Great”, Festival  Internazzjonali Annwali tal-Baned nhar is-Sibt u l-Ħadd 24 u 25 ta’ Novembru fl-Għarb…

Aktar