Attivita'
L-għasafar fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali

Taf kemm hemm eżemplari u speċi differenti ta’ għasafar fil-kollezzjonijiet tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali ġewwa l-Imdina? Qatt kellek kurżità biex issir taf minn fejn ġew dawn l-għasafar u x’informazzjoni jistgħu jwasslulna?

Nhar il-Ġimgħa, 25 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistiednek tattendi għat-taħdita ‘The Bird Collections at the National Museum of Natural History – A valuable source of data’.

Din id-diskussjoni se tkopri aktar minn 150 sena ta’ ikkollezzjonar u xogħol tal-kuraturi biex inbnew dawn il kollezzjonijiet, u kif minn kollezzjoni ċkejkna ta’ 1,700 eżemplar, issa ntlaħqet il-figura ta’ 10,000.

Id-diskussjoni se tiffoka wkoll fuq xi eżemplari importanti u fuq numru ta’ donazzjonijiet sinifikanti, il-balzmaturi li ppreparaw dawn l-eżemplari, flimkien mal-kuraturi u l-ornitologi li studjaw l-għasafar Maltin. Il-parteċipanti ser isiru jafu dwar ir-rwol ta’ dawn il-kollezzjonijiet fil-mużew bħala forom ta’ dokumentazzjoni, bħala sors primarju u komparattiv għax-xjenzati fl-istudji ġenetiċi tagħhom, u kif ukoll bħala għajnuna fl-investigazzjonijiet tal-pulizija.

Finalment se jiġi diskuss ukoll il-futur ta’ dawn il-kollezzjonijiet, id-diġitizzar u l-aċċessibilità tagħhom fuq l-internet.

Id-diskussjoni tibda fis-6.30pm fil-Mużew tal-Istorja Naturali ta’ l-Imdina.

Dħul bla ħlas. Se jiġi servut xi ikel ħafif.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament…

Attivita'

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival 2020, iI-Kunsill Lokali Paola ser ikun qed itella’ żewġ attivitajiet.  L-ewwel attività ser tkun Dramm qasir bl-isem ta’ MICKEY. Dan id-dramm qed jittella’ miċ-Ċentru Anzjanità Attivà tal-Kunsill Lokali…

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Attivita'

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton, nhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru se ssir il-Quddiesa tal-Milied fit-8pm.  Id-dħul huwa bla ħlas iżda biex wieħed jattendi huwa rrakkomandat li tibbukkja post biex jikseb invit.  …

Aktar