Attivitajiet Kulturali
L-Imġarr se jiċċelebra l-Festa Frawli

Nhar il-Ħadd li ġej il-pjazza tar-raħal agrikolu tal-Imġarr ser tilbes il-libsa tal-festa u terġa’ tilqa fi ħdana l-avveniment tant mistenni – Festa Frawli . Issa fit-tnax il-edizzjoni tagħha, Festa Frawli tirrappreżenta l-komunità vibranti tal-Imġarr, fejn il-bdiewa u l-voluntiera lokali jingħaqdu f’ħidma kollha ħrara sabiex din il-festa tant sabiħtar-reġina tal-frott, tkun suċċess.

Il-frawli friski mhux se jkun l-unika ħaġa għall-bejgħ f’Festa Frawli. Firxa kbira ta’ ikel u ħelu ispirati mill-frawli żgur li jiftaħlek l-aptit. Pastizzi, arancini, ravjul, majjal, pasti, ġelati, xarbiet bnini u mitt ħaġa oħra jkunu qed jistennew lil dawk kollha li jogħġobhom jiġu jżuruna.

Dan il-festival fir-Rebbiegħa joffri xi ħaġa għal kulħadd. Manwel Aquilina minn Aroma Kitchen, ser jagħti xi ideat dwar kif nużaw il-frawli fl-ikliet mingħajr ma’ naħlu xejn, dawk li jħobbu l-annimali minbarra li jistgħu jġibu l-annimali magħhom se jkunu jistgħu jgawdu u jingħataw pariri kif jieħdu ħsieb l-fniek, photo hunt u attivitajiet oħra. Dawk tal-ħjata dilettanti xi tifkira jistgħu jieħdu magħhom. Minbarra dan hemm ukoll kompetizzjoni tat-tpinġija li se tkun esebita għall-publiku. Festa Frawli tkun mżewqa wkoll b’ħafna divertiment fosthom DJ Pierre Cordina, kant, żfin u mużika tradizzjonali Maltija matul il-ġurnata, bi gruppi folkloristiċi u talent lokali jallegraw lil dawk preżenti.

Għall-ewwel darba, se jiġu organizzati mixjiet qalb il-kampanja Imġarrija, li kollha jitlqu mill-pjazza kull siegha, sabiex il-viżitaturi jesperjenzaw l-inħawi rurali li jħaddnu bosta postijiet xeniċi li jgħaqqdu diversi siti ta’ valur arkeoloġiku, storiku u naturali bħal Binġemma u l-kosta li testendi mill-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa sal-Bajja tal-Ġnejna.

Wieħed jista jasal Festa Frawli billi jużl-karozzi tal-linja bin-numri 44 u 238 mill-Belt u 101 miċ-Ċirkewwa matul il-ġurnata kollha. Se jiġi pprovdut servizz ta’ shuttle  mill– “Park and Ride” f’Ta’ Qali jew segwu s-sinjali li jwassluk f’żoni ta’ parkeġġ fil-qrib biex jiffaċilitaw l-aċċessibilità.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar. Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju,…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Aktar