L-immaġinazzjoni li tirraġuna: wirja artistika ta’ Ray Piscopo

Wirja artistika fil-Cavalieri Arts Hotel, f’San Ġiljan tal-artist Ray Piscopo.

THE DANCERS SMFil-ftuħ tal-wirja, l-Professur Oliver Friggieri qal li kull min isegwi l-mixja artistika ta’ Ray Piscopo jista’ jintebaħ li taħt il-forom ġodda li donnhom jevitaw kull klassifikazzjoni, u taħt il-figuri ta’ xeħta jew oħra, umani jew mhux-umani, hemm dejjem il-pittur li qiegħed ifittex.

Fisser li hemm il-ħjiel ta’ sejba li għadha trid isseħħ.L-artist jinħass bħala xi ħadd li jixtieq imur lilhinn mill-qoxra tal-affarijiet.

Żied jgħid li kull dehra li jippreżenta, hu liema hu s-suġġett partikolari tagħha, hi għamla ta’ ritratt ta’ dik il-ħaġa, ix-xi-ħadd li qisu xi-ħaġa, u x-xi-ħaġa li qisha ritratt.

GATHERING STORM SMHawn hu s-suċċess artistiku, kompla l-Professur Friggieri, kreattiv daqskemm morali, ta’ Ray Piscopo: huwa   jitlaq minn osservazzjoni ta’ ‘oġġett’ komuni, medju, u jibqa’ jfittex fih sakemm bħallikieku jsib il-livell li lilhinn minnu ma hemmxejn, jew għallinqas ma hemm ebda daħla li twassal għalih. Hawn tinsab it-tema-muftieħ tiegħu, u biha ‘jinfetaħ’ kull kwadru li jista’ jidher ‘imsakkar’.

Il-wirja se tibqa’ miftuħa sa’ nofs Jannar.

 

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qiegħda toffri l-opportunità lill-pubbliku biex jagħti merħba lill-ewwel raġġi tas-sajf mit-Tempji tal-Mnajdra fil-Qrendi nhar is-Sibt, 20 ta’ Ġunju. Mas-sebħ, fl-ewwel ġurnata tas-sajf, ix-xemx tidher tiela’ b’allinjament partikolari ma’…

Wirja

Fl-1840, il-fotografija rat lil Malta fit-transizzjoni bejn il-ħakma tal-Kavallieri u l-ħakma Ingliża.  Din kienet fażi important ħafna fl-istorja ta’ pajjiżna.  Il-Kavallieri kienu telqu imma ħafna bini u fortifikazzjonijiet kienu għadhom…

Wirja

Dan il-grupp ta’ artisti jiltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa ġewwa Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta. L-għan huwa li jpinġu flimkien u fl-istess ħin igawdu il-kumpanija ta’ xulxin. Is-sabiħ ta’…

Aktar