Attivita'
L-isbaħ qtates fl-ewwel Pet Expo li se tittella’ f’Malta

Bejn il-5 u s-6 ta’ Mejju se jsiru l-International Cat Show u t-TopCat Final Malta Awards.  Dawn l-attivitajiet se jsiru fil-Palazz ta’ Montekristo Estates u qed jiġu organizzati mill-Malta Feline Guardians Cluba li jirrappreżentaw lil Malta fil-Federazzjoni Dinjija tal-Qtates.

Kull min iħobb il-qtates u jixtieq japplika għal dan l-avveniment memorabbli, wieħed jista’ japplika biex jieħu sehem f’dan l-avveniment sabiex jippreżenta l-isbaħ qtates lill-ġurija li se tkun magħmula minn Andreas Kretschmer-Kraiczek mill-Ġermanja u Alina Ignor mill-Bulgarija.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.top-cat.org sal-15 ta’ April.  Dawn l-attivitajiet se jittellgħu bħala parti mill-Pet Expo 2018, li se ssir għall-ewwel darba f’Malta mit-tim tal-programm televiżiv Madagascar ‘Id-Dinja tal-Annimali’ li jixxandar fuq TVM u TVM2.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Is-Soċjeta Filarmonika “Sliema” se ttella’ Programm Vokali u Mużikali Speċjali biex tiċċelebra l-100 sena Parroċċa. Dan il-Programm Speċjali ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru fis-7.30 pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna…

Attivita'

Nhar is-Sibt, 22 ta’ Settembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal dawra mal-Port il-Kbir, segwita bi żjara informattiva fil-Forti Sant’Anġlu. Bil-veduti spettakolari tal-fortifikazzjonijiet maestużi u l-arkitettura Barokka li jinsabu madwaru,…

Attivita'

Hemm ħafna modi kif bniedem jista jgħin, iferraħ jew isalva ħajja ta’ bniedem ieħor. Borża demm waħda nistgħu nagħmlu d-differenza kbira fil-ħajja ta’ dawk li jistgħu jiġu bżonn . Nhar…

Aktar