L-MPO se ddoqq The Rite of Spring għall-ewwel darba f’Malta

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se ddoqq ix-xogħol rivoluzzjonarju ta’ Igor Stravinsky The Rite of Spring għall-ewwel darba f’Malta nhar is-Sibt 14 ta’ Settembru fit-8pm.

Meta dan ix-xogħol mużikali għall-ballet indaqq għall-ewwel darba f’Pariġi fl-1913, kien ħoloq skandlu. Ikkummissjonat minn Diaghilev, dan ix-xogħol juri r-ritwal pagan li fih ix-xebba verġni tiżfen sa mewtha. L-irvell li qam fit-teatru kien reazzjoni spontanja għar-ritmi jkexkxu u xejn konvenzjonali tal-kompożitur, il-korjografija eżotika ta’ Nijinsky flimkien mas-sett xejn solitu fuq il-palk ta’ Roerick.

Fis-serata tal-MPO se jindaqq ukoll il-Kunċert Numru 2 ta’ kompożitur ieħor Russu, Rachmaninoff; f’dan il-kas xogħol mimli melodiji liriċi. Waqt li ħafna jqisuh bħala l-akbar kunċert għall-pjanu li qatt inkiteb, dan ix-xogħol huwa djalogu kontinwu bejn l-orkestra u s-solist.

F’dan il-kunċert li se jiftaħ l-istaġun 2019/20, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun taħt il-bakketta tad-Direttur Mużikali Prinċipali tagħha Sergey Smbatyan. Is-solist fuq il-pjanu se jkun Alexei Volodin, magħruf ħafna għas-sensittività u l-brillantezza teknika fid-daqq.

Biljetti għal dan il-kunċert, li se jsir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, jistgħu jinkisbu minn showshappening.com jew mill-box office ta’ Dar il-Mediterran stess.

Min jaqta’ l-biljetti tiegħu qabel l-4 t’Awwissu jgawdi minn offerta speċjali ta’ 50% roħs fuq il-prezz tal-biljett.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Inbid, ikel, frott u ħafna aktar. Dawn huma kollha prodotti li tista’ tagħmel mill-għenba, frotta li l-Maltin u l-Għawdxin iħobbu ferm. U dawn il-prodotti se jkunu kollha f’post wieħed, fil-festa…

Kultura

L-Għaqda Żgħażagħ Dumnikani l-Birgu, ħabbret li mill-festa ta’ din is-sena 2019 ‘il quddiem, bħala kampanja favur l-ambjent, mhux ħa jintużaw bżieżaq (single use plastic) bħala parti mill-briju waqt il-marċijiet. Minflok…

Attivita'

It-tielet edizzjoni tal-Gozo Film Festival ser tiġi organizzata mill-Gozo Film Club bis-sostenn tal-Ministeru għal Għawdex u l-Malta Film Commission. Il-Gozo Film Festival se jsir bejn il-Ġimgħa t-23t’Awwissu u l-Ħadd 25 ta’ Awwissu….

Mużika

Il-Big Friends Guggen Musik Band bejn is-26 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru ser tkun Leni fi Sqallija, fejn ser tesegwixxi mużika Maltija u għal darb’ oħra tkun ta’ ambaxxatriċi…

Aktar