Mużika
L-orkestra Filarmonika Nazzjonali fil-Każin San Gejtanu

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8.00pm.

Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali se jkun b’xejn, iżda se jkunu qed jinġabru donazzjonijiet b’risq ‘Smiling with Jerome’.

L-orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-Direzzjoni ta’ Aurelio Belli, se tkun qed tesegwixxi diversi bċejjeċ mużikali għall-gosti ta’ kulħadd, u se jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-kantanti Brooke Borg u Daniel Cauchi.

Din l-attività qed tkun organizzata mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika G. M.Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re ser itella’ l- kunċert mużikali tagħha fl-10 ta’ Novembru fis-Sala Temi Zammit fl-Università ta’ Malta ifs 7 ta’ filgħaxija. Il-kunċert…

Mużika

It has been an amazing summer of outdoor concerts and live entertainment, in virtually every village on Gozo. It was fantastic to witness the best of Maltese and Gozitan talent…

Mużika

Bħala parti mill-attivitajiet mtella’ mis-Soċjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru tar-Rabat biex tfakkar il-150 sena mit-twaqqif tagħha, nhar il-Ġimgħa 4 t’Ottubru 2019 se jittella’ programm vokali u strumentali taħt il-patrocinju tal-E.T. il-President…

Mużika

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Festivals Malta u l-Kumitat Festi Nazzjonali, se jtellgħu l-kunċert tal-Indipendenza, b’xogħolijiet rinomati minn kompożituri Maltin u internazzjonali fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt. Il-protagonisti tal-kunċert…

Aktar