Il-pjazza ta’ Ħal Għargħur se tinbidel fi spazju teatrali

Nhar Ħadd il-Palm, it-toroq u l-pjazza ta’ Ħal Għargħur, se jinbidlu fi spazju teatrali għall-familja kollha.

Fid-29 ta’ Marzu, il-produzzjoni oriġinali bl-isem ta’ ĦMAR TAS-SALIB se tittellgħa fuq palk armat apposta fil-pjazza tal-Għargħur. Din l-attivita` unika ilha tittellgħa mill-għaqda teatrali stabbilita DWAL ĠODDA għal dawn l-aħħar 40 sena! U dis-sena, il-produzzjoni ĦMAR TAS-SALIB se tħares lejn ir-ritwali li tant ngħozzu, u oħrajn li nagħmluhom għax bilfors u tpoggihom taħt lenti.

Dakinhar, l-attivita` tiżvolġi hekk:

fl-4.30 ta’ filgħaxija – grupp ta’ ‘l fuq minn 70 attur, iniedi l-ewwel att tad-dramm ĦMAR TAS-SALIB; dan iwassal sabiex…

fis-6 ta’ filgħaxija – waqt l-ewwel att innifsu, tibda ħierġa l-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira mat-toroq tal-Għargħur;

fit-8pm – l-atturi jerġgħu jitilgħu fuq il-palk, iwaqqfu l- vari tal-purċissjoni sabiex jagħtu l-ħajja lill-persunaġġi ta’ fuqhom, sat-tislib u t-tmiem tad-dramm fil-pjazza, għall-ħabta tad-9.30pm.

Għal din l-attivita`, id-DĦUL huwa B’XEJN.

Għal iżjed informazzjoni, fittxu DWAL GODDA jew ĦMAR TAS-SALIB fuq facebook, jew ċemplu 99288288 / 79092624

 

Aħbarijiet Oħra
Produzzjoni

Żgur li min għandu għal qalbu l-kummiedja Maltija, xi darba jew oħra sema’ b’din il-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib miktuba mill-awtur Manwel Haber. Din il-kummiedja li ttellgħet 35 sena…

Produzzjoni

Il-Ħanina Maddalena huwa musical ġdid tal-maestro Dominic Galea b’kitba ta’ Simon Bartolo u lirika ta’ Loranne Vella. Iva, dawk it-tnejn; l-istess Simon Bartolo u Loranne Vella tar-rumanzi ta’ It-Triloġija tal-Fiddien,…

Produzzjoni

Moveo Dance Company, ippremjata l-Premju għall-Arti bħala l-Artist tas-Sena 2017, se tippreżenta produzzjoni taż-żfin għat-tfal ġot-Teatru Salesjan. Blooming Creatures hija produzzjoni ispirata min-natura u permezz taż-żfin tesplora movimenti ta’ kreaturi jinteraġixxu ma’…

Attivita'

Il-Ġimgħa Mqaddsa mal-Franġiskani, Musical fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani. Waqt din il-produzzjoni, mhux se jinżammu r-regoli tas-soltu, b’personaġġi bħal Pilatu, San Ġwann, is-Suldat li tah is-swat kif…

Aktar