Mużika
La Vittoria Youth Band Xow jirritorna b’edizzjoni Swing

La Vittoria Youth Band XOW – SWING edition; din is-sena dan il-kunċert ser ikun qiegħed jiġi preżentat nhar it-Tnejn 3 ta’ Settembru 2018.

Wara li fl-edizzjoni ta’ sena ilu rajna qabża kbira fejn jidħol livell mużikali ta’ banda tradizzjonali Maltija, id-diriġenti ta’ dan il-kunċert ħasbu biex għal darb’oħra dan il-livell mużikali jerġa jieħu spinta ‘l fuq għal edizzjoni numru 14 mis-serje ta’ dawn il-kunċerti.

Kif ġara kull sena, l-innovitajiet ma jonqsux. Is-sena l-oħra rajna spettaklu bi dwalijiet u effetti speċjali li kienu differenti minn ta’ snin preċedenti, kif ukoll rajna tibdil fid-dehra artisitka. Din is-sena żgur li mhux ser tkun eċċezzjoni, b’dehra u spettaklu viżwali differenti milli rajna fl-aħħar edizzjoni.

Fejn is-soltu il-maġġoranza tal-mużika li tindaqq tiġi esebita f’Malta għal l-ewwel darba f’dan il-kunċert, din is-sena, il-mużika kollha ser tkun qeda tindaqq għal l-ewwel darba f’Malta b’arranġamenti mużkali ta’ l-għola kwalità. Apparti li l-maġġoranza tal-mużika ser tkun fuq stil swing, ser tindaqq mużika mill-pinna ta’ Amilcare Ponchielli, Earth Wind & Fire, Avicii, Queen, Robbie Williams u ħafna aktar.

F’għeluq il-150 sena mil-mewt tal-kompożitur Gioachino Rossini, se naraw kif kienet tinstema’ il-mużika tiegħu li kieku inkitbet fuq stil swing. Mal-Banda se jingħaqdu fost l-oħrajn, grupp ta’ żeffiena professjonali ‘Danza C’ taħt it-tmexxija ta’ Christina Cauchi. Wara s-suċċess miksub is-sena li għaddiet bis-sehem tad-Drum Circle, dan il-grupp din is-sena se jingħata spazju akbar minn dak li kellu s-sena li għaddiet. Ma jonqsux il-kantanti Daniel Cauchi u Julia Grima, l-Kor tat-tfal ‘Vuċijiet Vittorjani’ u l-kantanti żgħażagħ Mireille Borg, Thea Gauci u Cassandra Scerri. Jieħu sehem ukoll Ronald Briffa. Dan kollu flimkien mal-mużiċisti, b’taħlita bejn professjonali, stabbiliti u mużiċisti ġodda għandu joffri serata oħra mil-aqwa fejn il-burdati mhux tas-soltu ma jonqsux.

Dan u aktar nhar it-Tnejn 3 ta’ Settembru 2018, fil-Pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa mit-8p.m. ‘il quddiem. Id-direzzjoni u produzzjoni tkun ta’ Mro. Ryan Mallia. Dħul huwa bla ħlas!

Il-Banda La Vittoria, l-għada t-Tlieta 4 ta’ Settembru, tippreżenta l-Kunċert Annwali tal-Festa fejn is-Surmast Direttur attwali Mro. Joseph Vella ser ikun qiegħed iġib fit-tmiemhom 25 sena ta’ ħidma mal-Banda La Vittoria. Fl-istess kunċert ser ikun qiegħed jgħaddi t-tmexxija tal-Banda lil Mro. Ryan Mallia.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Se jsir kunċert fuq l-orgni mill-Organista Joe Caruana fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, nhar is-Sibt, 29 ta’ Settembru 2018 fit-8.00pm. Il-kunċert se jsir fl-okkażjoni ta’ ‘Żejt iż-Żejtun’, organizzat mill-Kunsill Lokali flimkien mal-Kunsill…

Mużika

Back in January it was announced that the charismatic and talented Joe Roscoe was to be the new frontman of Red Electrick and from then on there was no looking…

Mużika

Il-Big Friends Guggen Musik ser tieħu sehem fil-festa tal-Kuluri li ser tittella’ għall-ewwel darba f’Capo D’Orlando fi Sqallija bejn nhar il-Ġimgħa 14 sa 18 ta’ Settembru. Għal din il-festa ġew…

Mużika

The Choral and Orchestral Society Maria Bambina is proudly presenting the Annual Musical Concert. Year after year, this concert keeps on amusing the numerous audience which attend. The concert includes…

Aktar