Attivita'
Laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu l-esperjenza u l-memorji tagħhom dwar dan l-artist.

Frans Galea (1945-1994) kien wieħed mill-aqwa skulturi tas-seklu 20. Twieled ftit wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija u bħal bosta artisti oħra tal-ġenerazzjoni tiegħu, studja fl-Iskola tal-Arti f’Malta. Aktar tard, huwa rnexxielu jirbaħ borża ta’ studju biex imur jistudja l-iskultura fl-Accademia di Belle Arti ġewwa Firenze.

Fis-sebgħinijiet, ċerti artisti lokali baqgħu jaħdmu b’mod tradizzjonali. Però kien hemm oħrajn, fosthom Galea, li fittxew identità kulturali ġdida u ħadmu bi stili moderni. Dan it-tiftix għal identità alternattiva hija riflessa b’mod intriganti fix-xogħolijiet tiegħu.

Il-kapaċità tiegħu li janalizza l-figura umana b’mod personali u b’livell artistikament għoli hija espressa f’xogħlijiet bħal ‘Iċ-Ċiklisti’, ‘In-Nisa Taħt l-Umbrella’ u ‘Il-Ħaddiem fuq il-Lant tax-Xogħol’.

Xogħlijiet artistiċi oħra b’tema reliġjuża jinkludu l-istatwa ta’ San Franġisk quddiem il-kappella tal-Wied tal-Pwales, l-istatwa tal-Madonna fis-Seminarju tal-Virtù, u l-pedestall ta’ San Bastjan għal Ħal Qormi.

Sfortunatament, il-mewt bikrija ta’ dan l-iskultur temmet ħesrem il-karriera artistika tiegħu. Madanakollu, ix-xogħlijiet li ħalla warajh huma xempju tal-ħila kbira li kellu.

Id-diskussjoni se ssir bil-Malti. Dħul bla ħlas. Ħin: 6.30pm.

MUŻA tinsab fil-Berġja tal-Italja, Triq Merkanti, il-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Iċ-Ċiefa (bl-Ingliż Scopoli’s Shearwater) hija għasfur tal-baħar li jqatta’ ħajtu fuq l-ilma u jersaq lejn l-art biss biex ibejjet. Dan l-għasfur ibejjet f’diversi rdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin, u f’Malta għandna…

Attivita'

Il-festa popolari u tradizzjonali tal-Imnarja hija spiss assoċċjata ma’ lejl taħt il-kwiekeb fil-Ġonna tal-Buskett. Din id-darba, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, Heritage Malta qed tistiednek tqatta’ l-lejl tal-festa ta’ San…

Attivita'

Biex issaħħaħ il-mod pożittiv li bih qed tintlaqa’ l-esebizzjoni ‘Behind Closed Doors: Fort St Angelo & the Royal Navy 1906-1979’, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għall-avveniment ‘Memory Box’ li se…

Aktar