Attivitajiet Kulturali
POSPOST il-Lejl imkebbes madwar iċ-Ċittadella

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru madwar iċ-Ċitadella f’Għawdex.

Il-Ministru Caruana qalet li Għawdex sar sinonimu ma festivals jew attivitajiet kulturali ta’ kwalità. Hi semmiet kif matul is-sena li għaddiet, il-gżira Għawdxija ospitat festivals innovattivi li laħqu l-aspirazzjoni ta’ kulħadd fosthom il-Gozo Alive, l-Opera Month u aktar riċenti il-Festival tat-Tajr u Riħ. L-Onor Caruana qalet li l-impenn li qed juri l-Ministeru gġħal Għawdex qed iħalli l-frott mixtieq għaliex Għawdex esperjenza żieda bla preċedent fin-numru ta’ viżitaturi li żaru l-gżira.

Il-Ministru Caruana innotat kif din il-ħidma ġiet ipremjata hekk kif fil-baġit li ġie ippreżentat nhar it-Tnejn, il-Ministeru għal Għawdex ra żieda qawwija fil-vot f’dak li għandu x’jaqsam attivitajiet kulturali u festivals tematiċi. Il-Ministru għal Għawdex ikkonkludiet billi awgurat li din l-ewwel edizjoni tiftaħ is-separju għal edizjonijiet oħra fil-futur.

Jonathan Pace, wiħed mill-organizzaturi ta’ Lejl Imkebbes, qal li s-sit medjavali taċ-Ċittadella ser jiġi imdawwal bil fuq minn 30,000 xemgħa f’diveris forom. Dan ser iwassal biex dan f’ das-sit tinħoloq atmosfera maġika mill-isbaħ. Is-Sur Pace qal li dan il-lejl ser joffri wkoll bosta attivitajiet għal kulħadd f’formo ta’ reanachments, dħul b’xejn fil-muzewijiet li jinsabu fiċ-Ċitadella kif ukoll spettaklu mużikali minn DCapitals, The Buskers, Klinsmann u Michela Pace.

Lejl Imkebbes qed jitwassal mill-Ministeru għal Għawdex u l-Malta Tourism Authority. Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn.

Għal aktar informazzjoni wiħed jista’ jżur is-sit www.visitgozo.com

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar