Attivita'
Lejla għall-Eroj fiż-Żejtun

L-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun se tkun qed torganizza serata mużiko-letterarja Lejla għall-Eroj fl-okkażjoni ta’ Jum l-Eroj Żwieten nhar il-Ħamis, 5 ta’ Lulju, 2018 mis-7.30 p.m. ‘il quddiem fi Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta’ San Girgor), Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.

Serata li se tkun qed iżewwaq dak tradizzjonali ma’ dak modern biex tfakkar lil diversi eroj Żwieten u tilħaq il-gosti ta’ kulħadd. Attività li se jkollha l-parteċipazzjoni ta’ bosta kantanti lokali, diversi skejjel taż-żfin, letteratura, logħob, grupp millI-Italja li se jkun qed jagħti spettaklu ta’ żfin u mużika Taljana, reċti, għana minn Żeppi Spagnol (il-Kelba), Anġlu Theuma (il-Kina), u Mikiel Cumbo (l-Iżgej) flimkien mal-kitarristi u ħafna oħrajn. Barra minn hekk waqt is-serata se tkun qed tittella’ kompetizzjoni tal-inbid għall-għassara fi tlett kategoriji; inbid abjad, aħmar, u rosè. Kull reġistrazzjoni għall-kompetizzjoni tal-inbid hi bla ħlas u l-ewwel tlieta minn kull kategorija jingħataw trofew. L-inbid irid jasal sal-Erbgħa 4 ta’ Lulju fl-istess Ġnien li se tittella’ s-serata.
Membri mill-għaqda ŻOEY se jkunu qed ifakkru u jagħtu ġieħ lil diversi personalitajiet Żwieten li kienu ta’ importanza kbira għal din il-lokalità, fosthom fl-Aħħar Ħbit mit-Torok tas-6 ta’ Luju, 1614. F’dan il-jum ta’ aktar minn 400 sena ilu kienet dehret flotta Torka  fuq ix-xefaq tax-Xlokk ta’ Malta u rnexxilhom jinżlu fil-Bajja ta’ San Tumas, u għamlu ħerba fl-inħawi ta’ Bulebel fiż-Żejtun. Iż-Żwieten bl-għajnuna tal-Kavallieri u ta’ Klement Tabone rnexxilhom jirbħu lit-Torok. Dan wassal biex it-Torok ma jissugrawx jerġgħu jersqu lejn Malta. Waqt din l-attività dawn il-personaġġi se jkunu qed iqajjmu interess kbir fost il-pubbliku preżenti.
Serata miftuħa għall-familja kollha u d-dħul hu bla ħlas f’dan il-ġnien. Waqt din is-serata se jkun hemm diversi siġġijiet biex il-pubbliku jkun jista’ jgawdi din is-serata.
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2166 3866 jew ibgħat ittre fuq [email protected].
Aħbarijiet Oħra
Attivita'

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara. Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk….

Attivita'

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-NGO Friends of Villa Frere qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur il-ġonna kurjużi ta’ Villa Frere f’Tal-Pietà. Għalkemm fl-aqwa żmien tiegħu dan il-post…

Attivita'

Il-Ġimgħa 17 ta Mejju, mill-10 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta, ser ikunu qegħdin jorganizzaw it-tieni edizzjoni…

Aktar