Lejla ta’ opera u mużika klassika

Il-Ħadd 26 ta’ Jannar fis-7:30pm, Dar il-Mediterran se tippreżenta kunċert bil-parteċipazzjoni tan-Nissena Philarmonic mill-Italja.

Dan se jkun qed ilaqqa mużiċisti ta’ talent kbir, bil-kunċert se jkun immexxi mill-Maestro Alexei Galea Cavallazzi.

Il-programm ta’ dan il-kunċert se jinkludi siltiet mill-overtures popolari u arias mix-xogħol impekkabbli ta’ Rossini, Bellini, Massenet, Tchaikovsky, u kompożituri oħrajn.

Il-kunċert se jdum madwar 110 minuti u l-biljett jiswa €10. Għall-biljetti u aktar informazzjoni wieħed jista jċempel fuq 25595750 jew iżur is-sit www.mcc.com.mt.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

The significance of wellbeing has been brought into sharp focus by the Covid-19 pandemic prompting the Malta Foundation for the Wellbeing of Society to kickstart a monthly series of webinars…

Mużika

Il-kunċerti tħassru minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, iżda xi kantanti qed jagħżlu li jibqgħu jferrħu lill-pubbliku bil-mużika mid-dar. Ivan Grech tal-Wintermoods illejla se jkun qed jagħti kunċert minn fuq it-terazzin tad-dar tiegħu…

Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Aktar