Attivita'
Lejla ta’ Tifkiriet – SGH Birkirkara

Bħala parti mill-attivitajiet tal-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara, li tiġi ċċelebrata fl-1 ta’ Mejju, ser tiġi organizzata Lejla ta’ Tifkiriet biex jiġu mġedda l-memorji tal-miġja tal-istatwa titulari fl-1972. Din l-attività qed issir ukoll fl-isfond taċ-ċelebrazzjonijiet li qed jiġu organizzati mill-istess Parroċċa relatati mar-restawr tal-istatwa titulari wara kważi 46 sena.

M’għaddewx xi għexieren ta’ snin minn fuq l-istatwa sabiħa u unika tal-istatwa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, xogħol fl-injam b’disinn tal-artist Malti Emvin Cremona.  Huma ħafna dawk li għadhom jiftakru l-miġja tal-istatwa titulari fil-bidu tas-sebgħinijiet.  Oħrajn forsi jiftakru lil xi għeżież tagħhom li m’għadhomx magħna jirrakontaw xi mument jew ieħor minn dawk iż-żminijiet.

Ir-restawr tal-istatwa għandu jkun okkażjoni sabiħa biex jiġġeddu l-memorji u t-tifkiriet ta’ dawk iż-żminijiet meta l-Parroċċa kienet għadha fil-bidu tal-ħidma tagħha.

Din il-Lejla ta’ Tifkiriet ser issir nhar it-Tlieta 24 t’April 2018 fis-7.30pm fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali, fi Triq Bwieraq Birkirkara.

Kulħadd huwa mistieden, b’mod speċjali, parruċċani u oħrajn li għandhom xi ħaġa x’jirrakuntaw dwar il-wasla tal-istatwa titulari fostna. Huma mistiedna wkoll familjari ta’ dawk li ħallewna u li wkoll jixtiequ jaqsmu xi tifkiriet li għaddewlhom l-għeżież tagħhom.

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem, jew inkella għandhom xi ritratti ta’ dawk il-mumenti li jixtiequ li jintwerew waqt din il-lejla, huma mistiedna jagħmlu kuntatt mal-Kappillan Dun Josef Mifsud fuq 21483245 jew jidħlu fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Parrocca għal aktar dettalji.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Kull dar għandha anġlu biex iħares lil min jgħix għall-kenn tal-ħitan tagħha … imma l-imsejken anġlu Tonio ilu snin ma jara lil xi ħadd fid-dar li kien jieħu ħsieb! L-affarijiet…

Attivita'

Fil-Perjodu Ruman kien isir rit ta’ eżorċiżmu sabiex in-nies jeħilsu mill-ispirti ħżiena fi djarhom. Dak iż-żmien kienu jemmnu li f’każijiet meta bniedem ma jingħatax difna xierqa jew meta ma jingħadux…

Attivita'

Matul din is-sena, fiż-Żurrieq qegħdin ikunu ċċelebrati bil-kbir tliet anniversarji importanti fl-istorja ta’ dan ir-raħal. Dawn huma: l-200 sena mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ Santa Katarina V.M. xogħol l-istatwarju Marjanu Gerada,…

Attivita'

L-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni flimkien mal-Kunsill Lokali l-Għarb huma kburin li ser itellgħu t-tieni edizzjoni “Make Music Great”, Festival  Internazzjonali Annwali tal-Baned nhar is-Sibt u l-Ħadd 24 u 25 ta’ Novembru fl-Għarb…

Aktar