Attivita'
Lest biex taqbeż tgħum ħmistax oħra?

Grupp ta’ persuni se jkunu qegħdin jaqbżu jgħumu fid-19 ta’ Marzu li ġej bil-għan li jqajmu l-kuxjenza għall-ALS. Il-grupp, magħmul minn ħaddiema ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni, qed iħeġġu lill-pubbliku biex jingħaqad magħhom għal din l-isfida “kiesħa”.

Kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi, anki dawk li mhumiex se jaqbżu l-baħar iżda jixtiequ xorta waħda juru l-appoġġ tagħhom għal din il-kawża. Fuq il-post se jkun hemm ukoll it-tè u l-kafè għal min ikun irid ibill griżmejh b’xi ħaġa sħuna wara l-għawma.

Se jkun hemm ukoll lifeguard għal li jista’ jinqala’.

L-għawma se ssir fil-pitch ta’ Tas-Sliema bejn l-10.00 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ waranofsinhar, u d-donazzjonijiet se jmorru għall-ALS. Iktar informazzjoni mill-paġna ta’ Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar is-Sibt 11 t’Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, il-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown se tella’ t-tieni edizzjoni tal-kunċert Notte Italiana. Għal darba oħra dan il-kunċert ser ikun…

Attivita'

Biex tiżdied iktar il-kuxjenza dwar il-volumi ta’ skart tal-plastik li jintrama’ u jispiċċa fil-baħar, tliet għawwiema se jagħmlu sfida b’għama ta’ 70 kilometru madwar Malta. It-tliet għawwiema – Neil Agius,…

Attivita'

Qatt kilt laħam tal-kukkudrill?  Tixtieq tippruvah?  Issa huwa ċ-ċans li dduq kebabs tal-kukkudrill waqt l-edizzjoni li jmiss tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Ikel fl-Imdina. L-aroma tal-kċina Amerikana, Ġermaniża, Taljana, Spanjola, Orjentali, Tajlandiża,…

Aktar