Attivita'
Lest tqatta’ lejl fil-Mużew tal-Istorja Naturali?

Qatt immaġinajt li tqatta’ l-lejl fil-Palazz Vilhena li jospita l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali? Din l-opportunità tista’ ssir realtà wara li Heritage Malta se tkun qed torganizza attivitajiet speċjali matul il-lejl tal-Ġimgħa 27 ta’ Lulju fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali.

In-numru ta’ parteċipanti se jkun limitat iżda dawk li se jirnexxielhom jilħqu biljetti, se jqattgħu l-lejl ġewwa l-Mużew. L-istaff u l-kuraturi se jorganizzaw żjarat tematiċi dwar l-esebiti u l-kollezzjonijiet fl-istess mużew, fosthom artefatti li rari jistgħu jsibu posthom għall-wiri. Il-parteċipanti se jieħdu sehem attiv ukoll f’diskussjonijiet fuq ir-rwol tal-mużew u l-annimali li jinsabu fil-binja, minn insetti sa friefet il-lejl u għasafar. L-attività tintemm fuq il-bejt tal-mużew fejn il-parteċipanti se jesperjenzaw tlugħ ix-xemx fuq il-gżejjer Maltin segwit bil-kolazzjon.

L-attività se tibda fit-8.00pm u tintemm fis-7.00am. Il-biljetti huma limitati u jistgħu jinxtraw mis-siti u mużewijiet ta’ Heritage Malta għal €25 għall-adulti, €21 għall-anzjani u studenti u €20 għall-membri ta’ Heritage Malta. Il-parteċipanti jridu jkunu minn 18-il sena ‘l fuq.

Għal iktar tagħrif żuru l-website ta’ Heritage Malta, www.heritagemalta.org, jew il-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq facebook.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jtella’ Villaġġ tal-Milied fi Pjazza San Filep u Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ. L-attività, li qed tittella’ bil-kolloborazzjoni mal-Kadini tal-Banda u bl-attendenza tal-Iscouts, se ssir nhar l-Erbgħa li…

Attivita'

Nhar it-Tnejn 17 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar ser jittella’ l-kunċert annwali għal żmien il-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Din is-sena, il-kunċert għandu sinifikat akbar minħabba l-fatt li matulu ser ikun…

Attivita'

Għal darb’ oħra l-kunċert annwali tal-kor The New Choral Singers se jittella’ fuq żewġ serati: nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru, fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl ġewwa l-Belt Valletta, u…

Attivita'

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola. Din is-sena Pjazza Milied se tinkludi attrazzjoni unika bil-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi, fil-proġett Magna Żmien li qed isir…

Aktar