Mużika
Looking Back (ForWard) – The Swingles in Concert fi Pjazza Teatru Rjal

II-grupp vokali The Swingles ilu jwessa’ l-orizzonti mużikali għal dawn l-aħħar ħamsin sena.

Is-seba’ kantanti żgħażagħ li illum jiffurmaw dan il-grupp ibbażat f’Londra – Joanna Goldsmith-Eteson, Federica Basile, Liz Swain, Oliver Griffiths, Jon Smith, Kevin Fox u Edward Randell – għad għandhom l-istess għanijiet li kellhom il-fundaturi tal-grupp, ċjoè, li jkomplu joħolqu mużika ġdida u eċitanti filwaqt li jkomplu jesegwixxu r-repertorju antik. Din l-ispirazzjoni żammet lil dan il-grupp għaddej għal bosta ġenerazzjonijiet u wasslithom sabiex ikunu rebbieħa Grammy® għal ħames darbiet.

F’dan l-aħħar snin reġa kien hawn qawmien tal-kant a cappella u The Swingles huma nternazzjonalment magħrufa għall-arti li rnexxielhom jipperfezzjonaw.

Il-versatilità tagħhom wasslithom sabiex jikkollaboraw ma’ diversi gruppi u artisti differenti fosthom The Modern Jazz Quartet, Jamie Cullum u Labrinth. Il-kompożitur kbir Luciano Berio kien wieħed minn tal-ewwel li esplora b’suċċess il-vuċijiet amplifikati ta’ The Swingles f’ambjent orkestrali bix-xogħol maestuż tiegħu Sinfonia. Apparti l-iskeda impenjattiva li għandhom ta’ kant madwar id-dinja kollha, The Swingles itellgħu il-London A Cappella Festival f’Kings Place fil-bidu ta’ kull sena.

Ir-repertorju tal-kunċert ta’ Settembru ġewwa Pjazza Teatru Rjal (l-ewwel wieħed ta’ dan il-grupp f’Malta) joffri firxa wiesa’ ta’ stili u ġeneri differenti għall-gosti ta’ kulħadd, mill-mużika barokka ta’ Bach, Tallis u Corelli għal xogħolijiet klassiċi mis-seklu għoxrin ta’ de Falla and Piazzolla kif ukoll mużika aktar popolari bħal dik tal-Beatles, Simon & Garfunkel u Narnia.

Il-kunċert tat-18 ta’ Settembru jibda fit-20:30. Għal biljetti u aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.pjazzateatrurjal.mt. Studenti, familji u anzjani jgawdu minn roħs speċjali fuq il-biljetti (termini u kundizzjonijiet japplikaw).

Aħbarijiet Oħra
Mużika

It’s March 2019 and the Gozo Youth Orchestra, under the direction of Mro. Dr. Joseph Grech and in collaboration with 7SPP and Festivals Malta, is once again on the road….

Mużika

Il-Qtates ta’ max-Xatt huwa spettaklu maġiku għat-tfal li se jiftaħ il-programm ta’ Teatru Malta għall-2019 fit-23 u l-24 ta’ Frar bi sħubija ma’ Festivals Malta. Din il-produzzjoni hija adattament tal-ktieb…

Mużika

Rock ’N Malta are proud to present Pink Floyd’s founding member Nick Mason and his band Saucerful of Secrets live in concert on the 10th of July at St.George’s Square,…

Mużika

Iktar minn 40 drummer Belġjan u iktar minn 50 drummer Malti se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Drumfest li se jsir f’Malta. Il-festival jikkonsisti f’medley ta’ kanzunetti popolari li se…

Aktar