Arti
Lorraine Paris b’wirja artistika – Brush Strokes

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se tella’ wirja artistika Brush Strokes.

Il-wirja se tittella’ mid-9 sat-23 ta’ Ġunju 2018 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

Hija se tkun miftuħa mit-Tnejn -Sibt: mis-6pm sat-8pm u l-Ħdud: mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm.

Lorraine Paris twieldet fis-16 ta’ Jannar 1962 f’Tas-Sliema u  ħadet l-edukazzjoni tagħha fil-Kunvent tad-Dorothea, l-Imdina.  Minkejja li s-suġġett tal-Arti kien mgħallem  fl-iskola Primarja, Lorraine iddedikat aktar ħin għall-Arti wara li  t-tfal tagħha kienu aktar independenti u għalhekk bdiet tieħu t-taħriġ tagħha  ma’ diversi għalliema.  Maż-żmien ġabet l-eżami tal-Arti f’livell avvanzat.  Fl-2012 bdiet tattendi l-Iskola tal-Arti l-Belt fejn studjat ukoll l-Istorja tal-Arti.

 

Lorraine tpitter suġġetti  differenti li jvarjaw minn Portraits ta’ umani u tal- annimali għal Landscapes u Still Life.  Riċentament bdiet tesperimenta bl-arti astratta li toffrilha ħafna libertà tal-espressjoni f’kull daqqa li tagħti fuq it-tila. Lorraine ħadet sehem f’numru sabiħ ta’ esebizzjonijiet kollettivi fi ħdan is-Soċjetà tal-Arti f’Malta, Art Club 2000 u l-Lukanda Cavalieri.  Lorriane tellgħat wirja tal-Arti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħolijiet fi Frar 2017 bl-isem ta’ Through the Years’.

Din hija l-ewwel  esebizzjoni  tal-Arti li Lorraine Paris qed ittella’ weħidha. Din l-attività għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina.

Aħbarijiet Oħra
Arti

Arthall presents a collective exhibition focused on the expressive power of abstract, colour, and forms with artists from Malta, Hungary, and the United Kingdom. The participating artists make use of…

Arti

Vincent Borg started attending the Malta School of Art when he reached retirement age. The beauty of non-painted images such as mosaic, prints and veneered marble work fascinates him. He…

Wirja

Samson is a Maltese national of Ethiopian origin best known as an actor, magician, musician and entertainer. His latest discovery is that of painting. Samson has been living in Malta…

Arti

Bernard Jageneau se jtella’ l-ewwel wirja tiegħu ta’ arti f’Għawdex. Fil-wirja li se tittella’ bejn il-15 u s-16 ta’ Diċembru wieħed jista’ jara pitturi magħmulin biż-żebgħa taż-żejt. L-artist ilu mal-50…

Aktar