Attivitajiet Kulturali
Malta Calls – il-party għas-sajf minn Valletta 2018 u ŻfinMalta

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian Dingli) f’Pembroke.

Malta Calls hu esperjenza unika ta’ mużika u żfin inkorporati ma’ projezzjonijiet viżivi minn Shaun Prickimage u Dan Strutt; żewġ ismijiet kbar fl-industrija awdjoviżiva internazzjonali li ħadmu mal-Chemical Brothers u l-Opera Nazzjonali Ingliża, fost oħrajn.

Żeffiena professjonali minn ŻfinMalta se jwettqu koreografija oriġinali ta’ 45 minuta mill-koreografu internazzjonali u ex Direttur Artistiku ta’ ŻfinMalta Mavin Khoo, akkumpanjata mill-mużika tad-DJ internazzjonali PerQX; DJ minn Stokkolma li jinsab fil-quċċata tax-xena globali tal-mużika house. Fil-qalba ta’ din ir-rappreżentazzjoni hemm l-istorja tal-umanità u l-futur tagħha permezz ta’ avatar 3D maħluq speċifikament għall-okkażjoni.

DJs lokali Carlo Gerada, Miss Roberta u DJ Ruby se joħolqu divertiment għall-folla bil-mużika tagħhom matul il-lejl, u jittrasformaw il-Kulleġġ ta’ Santa Klara f’party memorabbli. Il-grawnd ta’ Santa Klara jinsab fi spazju kbir li jħares dirett għal fuq il-baħar, u dan se jipprovdi esperjenza unika ta’ clubbing barra.

Il-party hu esperjenza kollaborattiva kkummissjonata li tlaqqa’ projezzjonijiet interattivi ta’ mużika, żfin u viżwali fuq palk ta’ 40 metru, mixgħul mid-disinjatur internazzjonali Michael Mannion. Grupp ta’ artisti mistiedna oħra se jieħdu sehem matul il-lejl u se joħolqu fantasija viżwali li tikkumplimenta l-mużika.

Dan l-avveniment hu organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018 b’kollaborazzjoni ma’ ŻfinMalta, u huwa parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018.

Id-dħul huwa bla ħlas. Għal aktar informazzjoni u għall-programm ta’ attivitajiet żur valletta2018.org.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Kultura

Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien se tinawgura r-restawr u ridekorazzjoni tal-koppla. L-inawgurazzjoni se ssir nhar l-24 ta’ Diċembru 2018 għall-ħabta ta’ 10:00pm matul il-Velja tal-lejl Qaaddis tal-Milied. Din se tkun inawgurata mit-tfal…

Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Kultura

Min jaf x’kien jirrakkonta Sir Themistocles “Temi” Zammit li kieku wieħed seta’ jiltaqa’ miegħu? Zammit kien individwu eċċezzjonali u ta’ suċċess. Primarjament hu kien tabib, madanakollu huwa kien ukoll professor…

Aktar