Attivitajiet Kulturali
Malta tospita l-Commedia dell’Arte

Fil-25 ta’ Frar, għall-okkażjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018, Malta se tospita l-ġurnata ddedikata għall-Commedia dell’Arte 2018!

Iċ-ċelebrazzjonijiet, li se jkunu mqassma fuq weekend sħiħ, se jsiru taħt il-patroċinju tal-UNESCO u bl-appoġġ ta’ Teatru Malta, it-teatru nazzjonali li għadu kif tnieda, u ser ifakkru  din il-forma ta’ arti prestiġġjuża meqjusa bħala wirt dinji intanġibbli ta’ livell għoli.

L-attivitajiet se jinkludu sensiela ta’ workshops, dibattiti u spettakli minn ħadd ħlief l-Arlecchino Taljana ta’ prima klassi: Claudia Contin Arlecchino, li tista’ tgħid hija l-aktar professjonista mara tal-Commedia dell’Arte magħrufa fl-Ewropa.

Teatru Malta se jistabbilixxi ‘Il-Klassi tas-Surmast’ bħala avveniment ta’ kull sena li jippromovi masterclasses u spettakli minn ‘surmast’ ta’ forma ta’ arti tat-teatru speċifika. Il-Commedia dell’Arte ġiet magħżula għall-2018 ma’ Claudia Contin Arlecchino, li rrnexxielha tipperfezzjona r-rwol maskulin ħafna ta’ Arlecchino, u issa qed tmexxi għadd ta’ avvenimenti għall-edizzjoni ta’ din is-sena li ma kinux ikunu possibbli mingħajr l-appoġġ tal-kollaboraturi Żararti, SAT, l-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-Ambaxxata Taljana.

Nhar il-Ġimgħa 23 u t-Tnejn 26 ta’ Frar, Claudia Contin Arlecchino se tagħti workshop maqsum fi tnejn fil-bini tal-Malta Society of Arts il-Palazzo de La Salle, lil għadd żgħir ta’ skulturi dwar l-arti tradizzjonali tal-għamla tal-forom tal-injam għall-maskri u t-trattament tal-ġild.

Il-Ġimgħa filgħaxija s-sessjoni tkompli b’dibattitu pubbliku fil-Malta Society of Arts stess, li jiffoka fuq il-funzjoni u r-rilevanza tal-Commedia dell’Arte fis-soċjetà tal-lum.

Is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Frar se jsiru workshops għal studenti tal-arti tal-ispettaklu u għall-atturi fis-Sala Robert Samut.

Il-biljetti huma disponibbli għaż-żewġ spettakli: Gli Abitanti di Arlecchinia, u Arlecchino e il Suo Doppio li se jsiru mis-surmast innifisha nhar is-Sibt u l-Ħadd flgħaxija rispettivament fis-Sala Robert Samut.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jibbukkja l-biljetti minn qabel, għax il-postijiet għall-avvenimenti kollha huma limitati.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar. Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju,…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Aktar