Mara – Perspettivi

Il-Fondazzjoni AŻAD qed ittella’ sensiela ta’ attivitajiet fil-binja tagħha l-Belt, bit-titlu ‘Mara – Perspettivi’. Skond Dr. David Griscti, President ta’ l-AŻAD, l’attivita’ ġiet maħsuba fl-isfond taċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Mara, iżda l-AŻAD xtaqet tagħtiha perspettiva aktar wiesa’ minn dak li forsi ħafna jaħsbu meta jisimgħu jew jaqraw fuq ‘Jum il-Mara’. Huwa minnu illi anke l-isem stess ‘Jum il-Mara’ jikkontribwixxi biex jagħti dimensjoni ristretta tal-figura tal-mara. L-AŻAD riedet tmur lil hinn, u għal dan il-għan ħolqet l-ispazju biex nies minn kull settur tas-soċjeta’ joffru l-perspettiva tagħhom fuq ‘il-Mara’.

Din id-dimensjoni taqbel ħafna mal-viżjoni ta’ l-AŻAD biex tittrasforma il-binja tagħha ‘Palazzo Periera’, li qegħda f’post ċentrali fil-belt kapitali ta’ pajjizna, f’post miftuħ u li jilqgħak fejn kulħadd jista’ jesprimi ruħu bil-mezz li jħossu l-aktar komdu bih, sew jekk l-arti, it-tejatru, l-iżfin, il-mużika, il-politika, il-fotografija, id-dibattitu, it-teknoloġija eċċ. “Għalhekk ħloqna l-isem ‘Palazzo Pereira – freedom of expression’, li huwa l-brand tal-binja tagħna” qal Griscti.  Ta’ min jgħid li l-attivita’ ‘Mara-Perspettivi’ ġiet mibnija proprju fuq dan l-isfond, b’mod spontanju u krejattiv, b’sinerġija bejn l-artisti, l-atturi, il-poeti, il-kittieba u l-mużiċisti li se jieħdu sehem. Palazzo Pereira – freedom of expression mhuwiex biss slogan sabiħ iżda fuq kollox stil u ‘mission statement’.

Mara – Perspettivi’ tiġbor fiha numru ta’ attivitajiet. Ta’ min insemmu l’esebizzjoni kollettiva ‘Mara’, li tiġbor fiha xogħolijiet mill-aħħar ħamsin sena ta’ Bernice Buhagiar, Charlene Calleja, Sean Camilleri, Karen Caruana, Matthew Cassar, Luca Cauchi, Joe Chetcuti, Jessica Debattista, Glenn Ellul, Sara Ezabe, Anna Galea, Agatha Grima, Franco Navarro, Ray Piscopo, Marlon Polidano, Mark Schembri, Enrique’ Tabone, Madeleine Gera, Mary Pitre’ u Giovanna Castaldi. Interessanti ferm huwa l-fatt innovattiv illi din l’esebizzjoni ġiet kurata minn tlieta mill-artisti żagħżagħ stess, jiġifieri Luca Cauchi, Glenn Ellul u Enrique’ Tabone. Kien verament ta’ pjaċir għall-AŻAD li naraw l-enerġija, l-entużjażmu u s-sinerġiji fit-tfassil ta’ din l’ezibizzjoni, ghax wera biċ-ċar x’riżultati wieħed jista’ jkollu jekk jingħata l’ispazju u l-fiduċja lill-artisti stess. L’esebizzjoni se tkun miftuħa għall-pubbliku bejn il-5 u t-22 ta’ Marzu mit-Tnejn sal-Ħamis bejn l-10.00 u s-13.00 u l-16.00 u s-19.00. Mill-Ġimgha sal-Ħadd l-esebizzjoni se tkun miftuħa biss għal dawk li se jnkunu qed jattendu għall-performances ta’ The Vagina Monologues.

Appuntu attivita’ oħra taħt l’istess kappa se tkunil-preżentazzjoni ta’ sitt performances ta’ The Vagina Monologues, fis-6, 7 u 8, kif ukoll it-13,14 u 15 ta’ Marzu fit-20.00. Biljetti jistgħu jinxtraw online minn www.ticketline.com.mt u fiżikament mill-Embassy Cinemas, il-Belt. Din il-produzzjoni hija b-direzzjoni ta’ Nanette Brimmer u bil-parteċipazzjoni ta’ l-atturi rinomati Julia Calvert, Paula Fleri-Soler, Faye Paris, Nicky Schembri u Steffi Thake. The Vagina Monologues ta’ Eve Ensler ġiet imtella’ madwar id-dinja u tiġbor fiha numru ta’ monologi li jittrattaw esperjenzi femminili bħas-sess, l’imħabba, t-twelid, il-mutilazzjoni ta’ l’organi femminili u l-vjolenza sesswali. Tema prinċipali u rikorrenti hija l-vaġina bħala simbolu ta’ tisħiħ u individwalita’ tal-mara. Internazzjonalment din il-produzzjoni hija assoċjata ma’ xogħol siewi biex tispiċċa l-vjolenza fuq in-nisa u biex ikun hemm aktar informazzjoni fuq temi bħal dawn.

Attivitajiet oħra matul ‘Mara-Perspettivi’ se jkunu attivita’ ta’ diskussjoni, kunċert min numru fost l-aqwa studenti tal-pjanu f’pajjizna u esebizzjoni u qari ta’ xogħolijiet minn kittieba u poeti. Fil-jum ta’ l-inawgurazzjoni sejkun hemm ukoll il-preżentazzjoni ta’ ‘Trap-ease’, poeżija fiżika mill-kittieba ta’ l-opra ‘As the Dust Settles’ – b’kollaborazzjoni bejn it-tejatru Wi111ow u l-poeżiji ta’ Miriam Calleja.

Aħbarijiet Oħra

L-għaqda Europa Donna Malta Breast Care support group se tipparteċipa fl-avveniment “Race for the Cure 2020” b’mod virtwali. Fi stqarrija l-għaqda qalet li dan l-avveniment se jsir fi 22 pajjiż Ewropew u…

Heritage Malta tħabbar li ser jerġa jibda l-programm popolari tas-sajf tal-Passaport tal-Istudenti biex tkompli tiżdied l-aċċessibiltà għall-wirt kulturali. Dan il-Programm li jara l-bidu tiegħu nhar it-Tlieta, 21 ta’ Lulju 2020…

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Aktar