Sports
Maratona ta’ futbol b’risq Puttinu fil-Marsa Sports Grounds

Puttinu qed jistieden lil dawk interessati jipparteċipaw għall-maratona ta’ futbol fil-Marsa Sports Grounds mit-18 sal-20 ta’ Mejju. Din il-maratona tista’ sservi ta’ ħarga għall-familja li tiġbor kollox u fiha attivitajiet li żgur jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Il-Ġimgha filgħodu se jkun hemm ftuħ spettakolari fejn se jattendu ħafna tfal minn skejjel differenti u filgħaxija l-aqwa deejays, żeffiena u kantanti se jkunu qed jingħaqdu flimkien għal show uniku mill-era tas-snin ’80 u ’90.

Is-Sibt u l-Ħadd se jinbidel f’ambjent ta’ DisneyWorld bil-‘bouncing castles, crafts, karattri, shows, kant u zfin. Filgħaxijiet l-aqwa atturi lokali se jkunu qed iferrħu n-nies bit-talent tagħhom.

Dawk li huma interessati jipparteċipaw u jgħinu lill-Puttinu jistgħu jorganizzaw logħba bejn il-ħbieb u jibbukkjaw pitch 5-aside jew 7-aside fuq www.footballmarathon.puttinucares.org jew tibgħat e-mail fuq [email protected]

Dawn interessati jistgħu wkoll iċemplu fuq numri 7964 7948 jew 7970 7318.

Puttinu Cares tfakkar li mat-80 familja fix-xahar imorru l-Ingilterra għall-kura.

Aħbarijiet Oħra
Sports

Min kien isegwi lil WWE bejn l-2001-2008 żgur jiftakar lil wrestler Tajiri. Tajiri kiseb fama mondjali mhux biss fiż-żmien tiegħu ma’ WWE iżda wkoll fil-Ġappun. Preżentament l-atleta Malti Ġanni Valletta…

Sports

Nhar il-Ħadd, 31 ta’  Marzu, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għall-ġurnata ta’ attivitajiet fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu. Il-viżitaturi jistgħu jgawdu minn prezz imraħħas biex iżuru l-forti u biex jaraw l-esebizzjoni l-ġdida…

Sports

Il-grupp ta’ volontarji Maltin, magħrufa aħjar bħala Amigos, tilgħin erba’ ġimgħat ġewwa l-Kenja biex jagħtu l-għajnuna kemm materjali u anke dik manwali lil min hu fil-bżonn. Kollox b’ħidma volontarja. Il-grupp…

Sports

WWE UK Star Flash Morgan Webster se jkun f’Malta għall-avveniment imtella’ minn Pro Wrestling Malta Hell-oween. Dan huwa t-tielet avveniment għal Pro Wrestling Malta għal din li sena. F’Hell-oween wieħed…

Aktar