Mużika
Mario Biondi bl-ewwel kunċert tiegħu f’Malta

Wieħed mill-aqwa esponenti tal-mużika jazz u soul fl-Italja, Mario Biondi, sejjer ikun f’Malta għal kunċert fit-8 ta’ Awwissu li sejjer jiġi mtella’ fil-Pjazza tal-Armeriji ġol-Forti Sant Iermu l-Belt Valletta.

Biondi, li l-isem veru tiegħu ħuwa Mario Ranno huwa Sqalli. Imwieled f’Catania, Biondi bena r-reputazzjoni tiegħu matul is-snin biex illum nistgħu ngħidu li huwa l-aktar mużiċista Taljan prominenti fil-qasam tal-jazz u soul tal-aħħar żminijiet.

Il-vuċi profonda ta’ Biondi hija unika u senswali għall-aħħar. Bl-esperjenza vasta li irnexxielu jakkwista meta kanta ma’ bosta artisti varji, Biondi llum jitqies wieħed mill-pilastri Ewropej tal-mużika soul, fejn ħafna drabi jikseb paraguni mal-leġġendarju Barry White.

Meta ġiet mistoqsija dwar il-post magħżul, Antonella Vassallo, l-organizzatriċi ta’ dan il-kunċert qalet il-Pjazza tal-Armeriji huwa l-post ideali għall-kunċert intimu kif jaf jagħti Biondi lill-udjenza tiegħu.

Il-kunċert ċertament se jkollu siltiet mill-aħħar album ta’ Biondi, Brażil, flimkien ma’ diski indimentikabbli mir-repertorju tiegħu.

Biondi, li gej minn familja ta’ mużiċisti, beda jkanta mal-kor tal-knisja fl-età ta’ 12-il sena u ftit wara kien jieħu sehem ġo festivals reġjonali li kienu jsiru fil-pjazzez quddiem mijiet ta’ nies.

L-ewwel preżenza tiegħu fuq il-palk kienet fil-Festival Della Canzone Siciliana, fejn ġie fit-tielet post. Biondi kellu wkoll l-opportunità li jkanta ma’ artisti popolari Taljani li kienu jinkludu lil Califano u Fred Bongusto kif ukoll lil leġġenda tal-jazz Amerikana Ray Charles.

Hekk kif ir-reputazzjoni tiegħu kibret, Biondi sab ruħu jikkollabora ma diversi gruppi bħal The Change, Mario Brothers u Funky Company waqt recordings ġo l-istudjos u anke waqt tours.

Bil-vuċi qawwija u unika tiegħu, Biondi ġie mħeġġeġ biex isegwi karriera bħala solista. B’materjal ispirat minn artisti Amerikani bħal Lou Rawls, Luther Vandross u Donny Hathaway, Biondi iddebutta bħala solista fl-2006 bl-album Handful of Soul.

Id-diska This Is What You Are kienet l-akbar suċċess min dan l-album u Biondi ħa sehem fil-Festival ta’ Sanremo b’din id-diska dik is-sena, biex kompla żied fil-popolarità ta dan l-album li daħal ma’ l-aqwa 100 albums tas-sena tal-Billboard European Charts.

Il-mużika ta’ Biondi kompliet tikseb popolarità bl-album tiegħu tal-2009, It, li kien suċċess kbir fl-Italja meta wasal sat-tieni post fil-klassifika u nbiegħ tliet darbiet platinum.

L-album Due segwa fl-2011 li ċertament serva biex Biondi wera l-karattru uniku ‘soul’ tiegħu f’kull kanzunetta. F’Due ipparteċipaw ma’ Biondi 20 artisti emerġenti Taljani u internazzjonali u jinkludi 13 il-biċċa originali u 7 ‘covers’.

L-enerġija ta’ dan l-album hija maħluqa mid-diversità tiegħu, li tvarja minn soul, jazz għal R & B, lounge u bossa nova. L-għan ewlieni ta’ Biondi wara dan il-proġett innovattiv kien li jagħti lil dawn it-talenti moħbija iċ-ċans li jinstemgħu.

Punt kruċjali fil-karriera tiegħu laħqu meta ħareġ l-album Sun fl-2013, li laħaq in-numru wieħed fil-klassifiċi Taljani. Prodott minn Biondi flimkien ma’ Jean Paul Maunick ta’ Incognito, f’dan l-album deħru firxa ta’ mistednin prominenti u influwenzi li jinkludu Leon Ware, Chaka Khan, Al Jarreau u James Taylor.

Sun dam għal aktar minn sena fil-klassifiċi fl-Italja u meta gie rilaxxat l-album tal-Milied, Mario Christmas fl-aħħar tal-2013, dan segwa Sun fil-quċċata tal-klassifici.

Is-seba’ studio album ta Biondi, Beyond, ħareġ fl-2015 u kien segwit mis-silta Love is a Temple li kienet suċċess kbir fil-kassifiċi Ewropej.

Matul l-2016 u l-2017 Biondi għamel tours, ipparteċipa f’kunċerti u kkontribwixxa siltiet għal bosta kumpilazzjonijiet. L-ossessjoni li dan l-artist għandu bil-mużika Brażiljana kienet l-ispirazzjoni għall-album l-aktar reċenti tiegħu, bl-isem xieraq ta’Brażil.

L-album jinkludi għadd ta’ verżjonijiet ta’ kopertura u dehriet ta’ mistednin bhal Ivan Lins u Claudya fuq żewġ biċċiet, Daniel Jobim u Ana Carolina (Rivederti) u Till Bronner fuq żewg biċċiet oħra, inkluż Smooth Operator ta’ Sade.

Organizzat min Music Hall Events, il-biljetti għal Mario Biondi Tour 2018 jistgħu jinxtraw min fuq wwww.showshappening.com

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Se jsir kunċert fuq l-orgni mill-Organista Joe Caruana fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, nhar is-Sibt, 29 ta’ Settembru 2018 fit-8.00pm. Il-kunċert se jsir fl-okkażjoni ta’ ‘Żejt iż-Żejtun’, organizzat mill-Kunsill Lokali flimkien mal-Kunsill…

Mużika

Back in January it was announced that the charismatic and talented Joe Roscoe was to be the new frontman of Red Electrick and from then on there was no looking…

Mużika

Il-Big Friends Guggen Musik ser tieħu sehem fil-festa tal-Kuluri li ser tittella’ għall-ewwel darba f’Capo D’Orlando fi Sqallija bejn nhar il-Ġimgħa 14 sa 18 ta’ Settembru. Għal din il-festa ġew…

Mużika

The Choral and Orchestral Society Maria Bambina is proudly presenting the Annual Musical Concert. Year after year, this concert keeps on amusing the numerous audience which attend. The concert includes…

Aktar