Attivita'
Mid-dinja tal-fantasija – festival taċ-ċikkulata fil-Ħamrun

Din is-sena timmarka l-11-il edizzjoni ta’ Festival taċ-Ċikkulata fil-Ħamrun.

Din hija waħda mill-okkażjonijiet prinċipali f’Malta u magħrufa internazzjonalment.

Għal din l-edizzjoni tħejjew numru ta’ kreazzjonijiet ġodda. Fost oħrajn se jkun hemm jaħdmu tliet artisti taċ-ċikkulata ta’ fama mondjali; wieħed minn Orlando, wieħed mir-Renju Unit u ieħor Malti. Huma ser jispiċċaw ix-xogħol tagħhom fuq il-post.

Se jkun hemm ukoll selezzjoni vasta ta’ċikkulata minn madwar id-dinja, kif ukoll prodotti u ideat innovattivi.

B’attendenza ta’ aktar minn 20,000 ruħ fl-2018, il-Festival taċ-Ċikkulata huwa uniku u jagħti lil dawk li jżuruh opportunita speċjali biex igawdu prodotti taċ-ċikkulata varji.

Il-festival se jsir fis-26 ta’ Ottubru.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar il-Ħadd, 20 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ it-tempji megalitiċi ta’ Ħal Tarxien bla ħlas għall-pubbliku. Dawn it-tempji antiki li nbnew bejn it-3600QK u l-2500QK huma mniżżla fil-Lista tal-Wirt Dinji…

Attivita'

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb importanti fis-sena, se jiftaħ għall-pubbliku nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru b’konferenza dwar il-letteratura tal-fantaxjenza bl-isem ‘Strange New Worlds’. Il-konferenza se tkun organizzata mill-Kunsill…

Attivita'

Wara 100 sena minn twelidu, il-Belt Valletta se tħaddan fiha l-kommemorazzjoni ta’ wieħed minn uliedha; l-artist Esprit Barthet. Mwieled il-Belt fis-6 t’Ottubru 1919, Barthet għadu rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa artisti…

Aktar