Attivita'
Milied fil-Forti

Bejn il-Ġimgħa 6 u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru, Heritage Malta se tkun qed tittrasforma lil Forti Sant Anġlu f’villaġġ uniku tal-Milied għal dan l-istaġun ferrieħi. Il-pubbliku se jkun jista’ jżur dan il-Forti sabiex igawdi din il-bixra differenti, inkella ħalli jingħaqad ma’ żjara bi gwida relatata mal-Forti, jew biex jixtri xi rigal sabiħ għall-maħbubin tiegħu.

Matul dawn it-tliet ijiem, se jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet b’tema tal-Milied, li jinkludu: tisjir ta’ ikel tradizzjonali tal-Milied għat-tfal, attivitajiet tal-arti, taħdita dwar il-pasturi tradizzjonali u kor tat-tfal.

Waqt dawn l-attivitajiet, se jkun hemm ukoll għall-bejgħ ikel u xorb tradizzjonali relatat mal-Milied sabiex niċċelebraw l-isbaħ żmien tas-sena. Il-pubbliku se jkun jista’ jixtri wkoll oġġetti artiġġjanali, filwaqt li Heritage Malta se tkun qed tippreżenta għażla ta’ offerti speċjali fuq diversi pubblikazzjonijiet.

Fil-ġimgħat li ġejjin, se jitħabbar il-programm sħiħ tal-attivitajiet.

Ħinijiet tal-ftuħ:

6 ta’ Diċembru – 5.00pm – 11.00pm (l-aħħar dħul fl-10.30pm)

7 ta’ Diċembru – 9.00am – 11.00pm (l-aħħar dħul fl-10.30pm)

8 ta’ Diċembru – 9.00am – 8.00pm (l-aħħar dħul fis-7.30pm)

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

On Saturday 7th March 2020, the exhibition ‘Folder 78A: Library Plans and Drawings’ opens at the National Library of Malta – Valletta. This exhibition marks the last phase of a…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Attivita'

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament…

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Aktar