Attivita'
Milied fis-Siġġiewi – ir-raħal ta’ Santa Klaws

Kant, Ikel u Xorb, Logħob għat-Tfal u ħafna aktar f’atmosfera tal-Milied. Dan huwa dak li se jkun qed jikkaratterizza l-ħames edizzjoni ta’ Milied fis-Siġġiewi, il-lokalità li l-qaddis patrun tagħha San Nikola għandu rabta speċjali mal-Milied.

Għal sena oħra l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħaseb biex jorganizza programm għal din l-attività li huwa wieħed varjat u li jolqot lill-persuni ta’ kull età.

L-aktar attrazzjoni li qed tiġbed interess hija dik ta’ paegent tal-istorja tal-milied li ser ikun fih is-sehem ta’ annimali filwaqt li warajh ikun hemm presepju ħaj. Iżda, dan mhux biss għaliex, se jkun hemm spjegazzjoni minn espert lokali dwar kif tagħmel presepju.

Ma jonqsux wkoll l-attrazzjonijiet għat-tfal b’bosta logħob, ikel tradizzjonali tal-Milied, xi tazza inbid sħuna u anke il- qastan. Se jkun hemm ukoll bejgħ ta’ affarijiet tal-milied minn bosta gabbani, żfin u anke kant tal-Christmas Carols.

Kull min żar Citta Ferdinand fl-aħħar jiem setgħa wkoll japprezza s-siġra tal-Milied f’nofs il-pjazza tar-raħal. Dan it-tiżjin se jkompli jiżdied ukoll biex jikkumplimenta din l-attività.

Milied fis-Siġġiewi se tkun qed issir nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru 2019 mill-16:00 ‘il quddiem fi Triq San Nikola u anke Pjazza San Nikola.

Din l-attività qed tittella bl-għajnuna tal-voluntiera u l-għaqdiet tar-raħal apparti wkoll l-għajnuna finanzjarja tar-Reġjun ta’ Nofsinhar.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

The Malta Feline Guardians Club (MFGC) invites you all with greatest pleasure for 3 days of WCF International Cats Shows. Also what makes this show Special 15 years of MFGC….

Attivita'

Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Jannar, Heritage Malta qed toffri l-opportunità lill-pubbliku sabiex jifhem aħjar kif ix-xogħol ta’ bijologu flimkien ma’ dak tal-kuraturi u l-konservaturi jista’ jipprovdi informazzjoni sinifikanti dwar il-konservazzjoni…

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Attivita'

The National Library of Malta is hosting the second themed lecture programme covering 2019-2020 entitled ‘POWER, COSTUME & SCENOGRAPHY: Making Fashion a Statement in 18th-19th Century Malta’. This programme is…

Aktar