Attivita'
Milied f’Ta’ Xbiex se jsir fil-qalba tar-raħal

Għat-tieni sena konsekuttiva se tkun qed terġa’ tittella’ l-edizzjoni tal-attività ‘Milied f’Ta’Xbiex’, iżda differenti mis-soltu. Dan hekk kif l-attività mhux se tkun qed issir tul ix-xatt fejn normalment isiru avvenimenti oħra, se ssir fil-qalba tal-villaġġ ta’ Ta’ Xbiex, ezattament biswit il-monument simboliku tat-tmun ta’ Ta’Xbiex, fil-qalba tal-Housing Estate, bl-ghan li tgħaqqad aktar lir-residenti u nies ohrajn fic-centru tal-lokal.

L-attività se tkun qed toffri divertiment bħal żfin minn bosta kumpaniji ta’ żfin, u se tkun qed isservi ta’ attrazzjoni għall-familja kollha mit-tfal sal-anzjani. Dawk preżenti se jkunu jistgħu wkoll jieklu ikel tradizzjonali tal-Milied u jammiraw it-tiżjin li se jkun hemm biex kulħadd jidħol aktar fl-ispirtu ta’ dan iż-żmien li tant ikun mistenni.

Milied f’Ta’Xbiex se tkun qed tittella’ nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019 bejn is-6:00pm u d-9:00pm. Fost l-artisti preżenti se jkun hemm X-Tend, Joe Demicoli u r-rebbieħa ta’ X-Factor Malta u rappreżentanta ta’ pajjiżna għall-Eurovision Michela Pace.

Din l-attività qed tittella mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex bl-għajnuna tar-Reġjun taċ-Ċentru.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

On Saturday 7th March 2020, the exhibition ‘Folder 78A: Library Plans and Drawings’ opens at the National Library of Malta – Valletta. This exhibition marks the last phase of a…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Attivita'

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament…

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Aktar