Attivita'
Milied Malti fin-Naxxar

Bħas-snin ta’ qabel din is-sena wkoll il-Kunsill Lokali Naxxar sa jorganizza l-Milied Malti nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej.

Il-ħsieb ta’ din l-attività huwa li wieħed ikun hemm preżenti fejn jara diversi wirjiet fil-każini, kif ukoll jara ħafna talenti ta’ kant u żfin, u divertiment li għandu x ‘jaqsam mal-Milied.

Barra minn hekk sa naraw ukoll nies apposta libsin kostumi tradizzjonali Maltin u anka kostumi tal-Milied .

Fost il-ħafna li se jieħdu sehem se kun hemm il-kantant popolari Malti Kevin Borg, fejn sa jagħmel kunċert il-Ħadd filgħaxija.

Se jkun hemm ukoll il-banda Victory u l-banda Peace Naxxar, fejn sa jagħmlu kunċerti tal-Milied, kif ukoll se niltaqgħu ma’ għannejja li se jagħmlu nofs siegħa b’għanjiet tal-Milied .

Dan kollu quddiem il-knisja u fit-tTriq Santa Luċija fin-Naxxar.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Heritage Malta tħabbar li ser jerġa jibda l-programm popolari tas-sajf tal-Passaport tal-Istudenti biex tkompli tiżdied l-aċċessibiltà għall-wirt kulturali. Dan il-Programm li jara l-bidu tiegħu nhar it-Tlieta, 21 ta’ Lulju 2020…

Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Aktar