Attivita'
Mill-Awstralja jiġi Malta għall-ewwel sfilata tal-moda f’art twelidu

Id-disinjatur tal-ħwejjeġ Malti-Awstraljan Jason Grech se jirritorna Malta biex jagħmel omaġġ lil art twelidu fejn se jkun qed itella’ sfilata tal-moda waqt il-Ġimgħa tal-Moda li se ssir fil-jiem li ġejjin.

Hu se jkun qed juri l-kollezzjoni ġdida ta’ ħwejjeġ li ddisinnja u fassal apposta għal dan l-avveniment.  Il-kollezzjoni ntitolata ‘Malta-Melbourne’ tirrifletti varjetà ta’ kuluri li jiddominaw ix-xefaq waqt inżul ix-xemx f’Malta b’influwenza minn xeni f’Melbourne biex joħolqu tiżwieqa unika.

Grech kien l-aħħar Malta 20 sena ilu u jinsab ħerqan li se jirritorna b’kollezzjoni ġdida li se jkun qed jesebixxi għall-Maltin.  L-isfilata tal-moda ta’ Jason Grech se ssir fit-30 ta’ Mejju fit-8.30pm fil-Mużew tal-Gwerra, fil-Forti Sant’Jiermu, il-Belt.

Ritratti: Facebook, Jason Grech
Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jorganizza s-16-il edizzjoni tal-Kompetizzjoni tal-Inbid. Il-kompetizzjoni se tkun maqsuma fi 3 kategoriji: inbid aħmar, abjad u rosè. L-inbid se jkun qed jiġi ġġudikat minn ġurija esperta fuq iċ-ċarezza,…

Attivita'

Il-Katidral t’Għawdex se jospita l-kunċert Sing Joyfully Unto God imtella’ mill-Corpus Christi College Choir mill-Università ta’ Cambridge bis-sehem tal-Kor Gaulitanus. Il-kunċert, li dħul għalih huwa b’xejn, se jsir nhar it-Tlieta,…

Attivita'

Biex tfakkar is-solstizju tas-sajf, Heritage Malta għal darb’oħra se torganizza żjajjar bi gwida fit-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra nhar il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju fi tlugħ ix-xemx,…

Attivita'

Għada se ssir attività mill-korpi dixxiplinati biex jinħoloq aktar għarfien fuq in-numru tal-emerġenza 112. L-attivita’ se ssir għada mit-08:00-13:00hrs quddiem il-Parlament bis-sehem tal-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati…

Aktar