Teatru
Min hi Santa Fferoċjata? Veru teżisti?

Jgħidu li fil-kunvent tar-raħal mietet mara; soru li nqatlet hemm ġew u baqgħet tidher.

Il-Madre ma temminx u l-Kappillan jistaqsi. U n-nies tar-raħal jibżgħu minnha, u tawha laqam ta’ qaddisa-qattiela: “Santa Fferoċjata.” Tgħid min hi? X’inhi? Teżisti? U jekk iva, mela xi trid?

Fuq Kitba u Direzzjoni t’Andrè Mifsud, produzzjoni tal-Grupp Teatrali 4Jays, ritratti u Editing ta’ Johann Camilleri.

Nhar l-1, it-2 u t-3 ta’ Novembru fis-18:30 f’Sala Ġużeppina Curmi, fl-Istitut Ġesù Nazzarenu, iż-Żejtun. Biljetti jiswew €7.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

Wara ħafna riċerki, l-għaqda ndunat li fil-kostituzzjoni ta’ Malta hemm paġna nieqsa, li tgħid: “Jekk ikun hawn ħafna problemi ġewwa l-pajjiż, Malta taqa’ taħt il-Prinċipessa minflok il-President.” Minħabba l-problemi li…

Teatru

Bejn is-17 u d-19 ta’ Mejju fit-Teatru ta’ Spazju Kreattiv tal-Belt Valletta, qed jittella’ addattament pop tar-rumanzett ta’ Francis Ebejer “Il-Ħarsa ta’ Rużann”. Il-kitba għall-palk u d-direzzjoni huma ta’ Jamie…

Teatru

Wara s-suċċess li nkiseb sentejn ilu permezz tal-kummiedja ‘It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’, Mixta Drama se ttella t-tieni kummiedja ‘Il-Honeymoon ta’ Karmena Abdilla’. Il-karattru ta’ Karmena huwa wieħed maħbub minn bosta…

Teatru

Għat-tieni sena konsekuttiva se jittella’ d-dramm mużikali AĦNA LI KONNA MIEGĦU: FUQ IL-GOLGOTA. Dan huwa dramm tal-passjoni mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani – GiFra.  Fuq kitba ta’ Patri Joseph Magro, din is-sena…

Aktar