Informazzjoni
Mir-Rediffusion għal rumanz stampat għall-ewwel darba bil-Malti

Wara kważi 50 sena minn meta ħareġ għall-ewwel darba r-rumanz  magħruf ta’ Nicholas Monsarrat fl-1973, ‘The Kappillan of Malta’, issa se jiġi ppubblikat għall-ewwel darba bil-Malti.

It-traduzzjoni saret minn Wistin Born, l-awtur magħruf ta’ ‘Is-Salib tal-Fidda’, anqas minn sena wara li kien ħareġ il-ktieb.

Bil-permess ta’ Monsarrat—li kien jgħix Għawdex, fir-raħal ta’ San Lawrenz—Wistin Born, dak iż-żmien personalità magħrufa fix-xandir pubbliku, ittraduċa l-ktieb biex Charles Arrigo qrah fuq ir-Rediffusion.

Il-manuskritt oriġinali bit-traduzzjoni ta’ Wistin Born kienet ilha mal-50 sena maqfula u minsija f’arkivju privat. Issa, għall-ewwel darba, it-traduzzjoni se tiġi maħruġa għall-pubbliku sħiħa u f’edizzjoni riċerkata.

Ir-rumanz huwa storja mill-isbaħ ta’ mħabba qalbiena fl-agħar żmien ta’ Malta u Għawdex matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa wkoll messaġġ qawwi biex ebda bniedem ma jaqta’ qalbu miċ-ċirkustanzi iebsa ta’ ħajtu.

‘Il-Kappillan ta’ Malta’ se jkun editjat minn Mark Montebello u ppubblikat mid-dar editorjali SKS.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Informazzjoni

The 36th General Assembly of the European Seismological Commission will take place at the Mediterranean Conference Centre, Valletta between the 2nd and 7th September 2018. This prestigious conference is being…

Informazzjoni

L-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Fondazzjoni Valletta18 se tkun qed torganizza avventura nazzjonali bla ħlas, The Żejtun National Heritage Treasure Hunt nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Awwissu,…

Informazzjoni

L-arblu navali fil-Forti Sant’Anġlu tniżżel minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tal-Ordni Sovran u Militari ta’ Malta (SMOM). L-operazzjoni biex instab l-aħjar metodu kif kellu jitniżżel dan l-arblu ilha għaddejja x-xhur u…

Aktar