“Mistura u d-dinja tkompli ddur”

Il-duo mużikali lokali Mistura ser ikun qiegħed iniedi l-ewwel album tiegħu, bl-isem “U d-Dinja Tkompli Ddur”. L-album, li huwa twil 64 minuta u li fih 16-il diska kollha bil-Malti, huwa rock concept album maqsum f’erba’ partijiet t’erba’ kanzunetti f’kull parti. Ippakkjat b’kummentarju soċjali jaqta’ speċjalment fejn jidħol l-element lokali, dan l-album jirrifletti dwar il-kunċett tar-repetizzjoni u ċ-ċikli tal-ħajja.

“Dan l-album huwa sentejn ta’ kitba, irrekordjar u skambji ta’ ideat, riffs, versi u żmien li fih bgħatna biċċiet ta’ mużika lil xulxin u lura sakemm saru kanzunetti kompluti” qal Antonio Olivari, li flimkien ma’ Malcolm Bonnici jifforma d-duo Mistura.

“Meta bdejna bl-ewwel diska – ‘Isma’ Bilfors’ – ma kellna l-ebda idea li ser naslu biex noħolqu biżżejjed materjal għal album. Madankollu, id-dinamika li bnejna fix-xhur ta’ wara, bil-mod ta’ kif it-tnejn li aħna bdejna noħorġu bl-ideat għall-kanzunetti u l-mod kif fl-aħħar mill-aħħar għaqqadna l-aħjar minnhom fi storja waħda, għamel l-album realtà.”

Mistura huwa duo b’kanzunetti bil-Malti b’mużika li għandha elementi ta’ blues u rock, kemm b’ħoss elettriku u anki akustiku. Mistura ddebutta fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom l-Għanafest, Notte Bianca u Poeżija Plus, u ħarġu numru ta’ kanzunetti li lkoll ser jinsabu f’dan l-album il-ġdid.

Apparti s-CD innifsu, “U d-Dinja Tkompli Ddur” ser ikun fih ktejjeb bil-lirika kollha tal-kanzunetti għax skont Malcolm “aħna nemmnu li l-kliem għandhom bżonn jiġu enfasizzati bħala parti importanti mill-pakkett. Apparti dan il-qoxra ġiet iddisinjata b’mod brillanti mill-ħabib tagħna l-artist Jean-Claude Vancell, li rnexxielu jifhem l-intensità tal-mużika u joħloq viżwali li jtejbu l-esperjenza sħiħa tal-album”.

Aktar informazzjoni dwar “U d-Dinja Tkompli d-Dur“ u Mistura fuq misturamalta.com.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se torganizza l-kunċert annwali ‘Winter Wonderland’ nhar l-24 ta’ Diċembru 2018 fis-6.30pm, fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Fil-kunċert se jieħdu sehem Kevin Borg, Neville Refalo, Kimberley Manicaro,…

Mużika

Malta’s most anticipated Magical Christmas show is back for the 4th consecutive year as the Mediterranean Conference Centre is expected to turn into one energetic concert on Saturday 15th and…

Mużika

Tenor Joseph Calleja heads a world class line up of performers for this year’s BOV Joseph Calleja Foundation fundraising concert, which will feature the concertmaster at the Metropolitan Opera in…

Mużika

Teatru Manoel, The Embassy of Italy in Malta and The Italian Cultural Institute in Valletta present Note d’Europa with the legendary violinist Uto Ughi and pianist Bruno Canino. The programme…

Aktar