Mixja kulturali fiż-Żurrieq

Iż-Żurrieq ilu abitat sa minn Żmien il-Bronż minn popolazzjoni pjuttost imdaqqsa. Illum dan il-villaġġ joffri diversi siti ta’ interess li jiddataw għal perjodi differenti. Nhar is-Sibt, 15 ta’ Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal mixja kulturali madwar iż-Żurrieq biex jiskopri wħud minn dawn il-postijiet interessanti.

Din il-mixja se tibda minn ħdejn il-Mitħna tax-Xarolla li nbniet fl-1724 mill-Granmastru Manoel de Vilhena. Fl-1992, din il-mitħna ġiet restawrata u fis-sena 2000 għaddiet għand il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq sabiex jamministraha. Illum dan il-lwog iservi bħala ċentru kulturali.

Maġenb din il-mitħna, wieħed isib għadd ta’ oqbra Paleo-Kristjani li bħalissa qed jiġu skavati. Dawn l-oqbra għandhom ċerti karatteristiċi li rarament jinstabu f’oqbra oħra simili madwar il-gżira.

Il-mixja tkompli lejn l-eqdem parti tal-villaġġ u hemmhekk se jiġu identifikati numru ta’ postijiet storiċi u binjiet importanti. Fost dawn, il-parteċipanti se jimxu matul il-parroċċa, l-Armerija, ir-residenza ta’ Mattia Preti u diversi palazzi.

Se jkun hemm waqfa għal kafè f’wieħed mill-klabbs tal-baned lokali. Il-mixja se ssir b’pass komdu, madanakollu l-parteċipanti huma mħeġġa jilbsu żarbun komdu.

Post ta’ tluq u ħin: Quddiem il-monument tal-Indipendenza fid-8.45am.

Ritorn lejn il-Furjana bejn wieħed u ieħor fis-1.00pm (trasport inkluż).

Biljetti: Adulti €12, Anzjani/Studenti/Tfal/Membri ta’ Heritage Malta €10.

Biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta jew onlajn fuq https://shop.heritagemalta.org/index.asp?eventid=496
Għal aktar informazzjoni, idħol fis-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fis-Sala Kappella tal-Mirakli fil-Ġnien tal-Mirakli, Ħal Lija se jsir il-festival taċ-ċitru. Hawnhekk se jkun hemm il-bejgħ tal-frott, ikel lokali u inernazzjonali kif ukoll bejgħ tal-prodotti tal-għasel. Il-festival se jsir fl-20…

Attivita'

Skont il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba 8 snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu…

Attivita'

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25…

Attivita'

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur…

Aktar