Reliġjon
Mons Paul C. Vella jieħu l-pussess tal-kolleġġjata ta’ Sant’Elena
Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2017 huwa Jum l-Insedjament u l-Pussess tal-Prepostu Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Sant’Elena, Birkirkara. Għalhekk, dakinhar, fil-5.30pm issir iċ-Ċerimonja tal-ħatra tar-Reverendu Monsinjur Paul Carmel Vella bħala Kanonku tal-Kolleġġjata Elenjana u l-Insedjament tiegħu bħala Prepostu ta’ din il-Proto-Kolleġġjata u wara ssir Quddiesa Solenni mmexxija mill-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, li fiha r-Reverendu Monsinjur Paul Carmel Vella jingħata l-mandat bħala Arċipriet fil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħu tal-Parroċċa ta’ Sant’Elena Imp. Awg.
Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar l-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2018 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi…

Reliġjon

Il-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar). Il-festa se tiġi ċċelebrata nhar il-Ġimgħa 20…

Reliġjon

Il-Kor mir-Renju Unit “The Rossall School Chapel Choir” se jżur il-Gżejjer Maltin bejn it-2 u t-3 ta’ Lulju 2018, mill-bidu tiegħu fl-1844, l-Iskola ta’ Rossall dejjem kienet kburija fit-tradizzjoni korali…

Reliġjon

Sa mill-eqdem żminijiet il-Knisja Rumana tiċċelebra s-sejba tar-Relikwi Qaddisa tas-Salib Imqaddes minn Santa Elena b’mod tassew solenni. B’devozzjoni tassew antika lejn is-Salib Imqaddes Birkirkara tiċċelebra l-Festa ta’ Santu Kruċ nhar…

Aktar