Wirja
Mudell ‘life size’ tal-qabar ta’ Kristu fost esebizzjonijiet varji f’Birkirkara

L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem ser tkun qed torganizza, għall-20 sena konsekuttiva, il-Wirja Annwali tal-Ġimgħa Mqaddsa, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, nru. 71, Triq Bwieraq, Birkirkara.

Il-Wirja, bit-tema’ ‘Il-Misteru tal-Mewt u l-Qawmien’, hija wirja kollettiva bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 40 esebitur minn kull età, fil-biċċa l-kbira tagħhom Karkariżi residenti fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem stess.

Fost l-oġġetti esebiti f’din il-Wirja wieħed jista’ jsib Ċenaklu fuq stil Lhudi, ikkumplimentat bi statwi life size, għadd ta’ settijiet ta’ statwetti tal-Ġimgħa l-Kbira maħdumin minn statwarji varji, mudell ta’ Golgota li jinkludi ‘l fuq minn mitt statwetta tat-tafal, żewġ mudelli kbar ta’ knejjes armati bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, platti u kwadri bis-smid, ross u għaġin, minjaturi ta’ Artali tarRepożizzjoni, kif ukoll diversi oġġetti sagri, oġġetti antiki, kwadri u simboli oħra konnessi mal-Passjoni u l-Ġimgħa l-Kbira.

Attrazzjonijiet oħra f’din il-Wirja jinkludu vestwarju u simboli Rumani u mudell life size tal-Qabar ta’ Kristu, kif ukoll kapsola antika li kienet tintuża fl-Artal tar-Repożizzjoni tal-Knisja Parrokkjali. Barra minn hekk, ma jonqsux lanqas diversi xogħlijiet ġodda li nħadmu mill-membri tal-Għaqda matul is-sena li għaddiet u li ser jiżżanżnu proprju għal din il-Wirja.

Il-Wirja ser tinfetaħ uffiċjalment nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu fl-10:00am u tibierek mill-Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, ir-Rev. Dun Josef Mifsud. Għall-okkażjoni tal-ftuħ uffiċjali tal-Wirja, ser tittella’ wkoll rappreżentazzjoni qasira minn grupp ta’ atturi. Kulħadd mistieden jattendi, fejn id-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas.

Il-Wirja tiftaħ kuljum sal-Ġimgħa l-Kbira (30 ta’ Marzu) mid-9:00am sa 12:00pm u mill-4:00pm sad-9:00pm. Nhar Ħamis ix-Xirka, il-wirja tiftaħ mid-9:00am sa 12:00pm u mill-4:00pm sa 12:00am, filwaqt li fil-Ġimgħa l-Kbira, li tkun l-aħħar ġurnata tal-Wirja, il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu mid-9:00am sas-1:00pm u mill-4:00pm sas-6:00pm.

Aktar dettalji dwar il-Wirja u l-Għaqda Wirjiet jistgħu jinkisbu minn fuq il-poster uffiċjali talWirja, mis-sit elettroniku wirjasgh.webs.com, jew inkella mill-paġna tal-Għaqda fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Għada, 8 ta’ Lulju 2019, għall-ħabta tat-8.30pm, fi Pjazza Mifsud Bonnici, Marsaskala, ser jittella’ kunċert mużikali mill-Banda tal-Pulizija. Se ssir ukoll wirja mill-Precision Drill Team u mis-Sezzjoni tal-Klieb, flimkien ma’…

Wirja

Bħala parti mill-missjoni tagħha biex tassigura li l-elementi tal-wirt kulturali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, qed tiġi organizzata żjara speċjali ġewwa l-MUŻA minn Heritage Malta u l-Aġenzija Sapport, nhar l-Erbgħa 10…

Wirja

Il-Kummissjoni Nar Soċjetà Mużikali Beland ser tkun qed torganizza The Beland Motor Show għat-tielet sena konsekuttiva bejn is-27 u 28 ta’ Lulju. Fis-27 ta’ Lulju l-wirja ser tkun qed titella’…

Wirja

Il-Gozo Philatelic Society irranġat wirja ġdida fil-vetrina li għandha fil-livell -1 tal-ĦAĠAR (Pjazza San Ġorġ – Victoria), magħmula minn assortiment ta’ eżempji “Vittorjani” filateliċi u numismatiċi. Ġiet ippreparata biex tfakkar…

Aktar