
Kompetizzjoni
Mudelli Maltin jingħataw ċans li jimmudellaw f’Ruma
Żewġ mudelli minn Malta se jkollhom ċans li jimmudellaw f’Ruma f’Lulju li ġej, wara li jiġu magħżula waqt avveniment f’Malta.
Iċ-Chamber of Fashion Malta qed isejjaħ għal mudelli biex jiddebuttaw ruħhom waqt avveniment li se jittella’ fit-12 ta’ Marzu f’Palazzo Capua f’Tas-Sliema.
Iż-żewġ mudelli li jintagħżlu f’dan l-avveniment se jipparteċipaw f’World of Fashion waqt Alta Roma Week. Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Chamber of Fashion Malta fuq il-paġna ta’ Facebook.