Kultura, Wirja
Mur ara l-Mara r-Rieqda u l-Venere ta’ Malta bla ħlas nhar il-Ħadd

Nhar il-Ħadd, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt se jkun miftuħ b’xejn għall-pubbliku.

Dan il-mużew jinsab fil-Berġa ta’ Provenza u jospita artefatti ta’ żmien il-perjodu Neolitiku sal-perjodu tal-Feniċi.  Fost dawk esebiti hemm il-‘Mara r-Rieqda’ li nstabet fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u l-‘Venere ta’ Malta’ li nstabet f’Ħaġar Qim.

Kull min se jżur il-mużew se jkollu ċ-ċans li jara l-wirja tal-kollezzjoni nazzjonali tal-flus u l-midalji li ġiet inawgurata riċentament, kif ukoll il-wirja temporanja bir-riżultati l-ġodda tar-riċerka u l-istudji dwar il-preistorja tal-proġett Fragsus.

Wieħed jista’ jammira wkoll il-Gran Salon, li tispikka minħabba l-ħitan dekorattivi u s-saqaf tal-injam u li bħalissa għaddej xi xogħol ta’ restawr fuqha.

Heritage Malta qalet fi stqarrija li matul il-ġurnata se jsiru żewġ żjarat bi gwida għal numru limitat ta’ 50 persuna, wieħed fil-11am u l-ieħor fis-2pm.  Il-Mużew jiftaħ bejn id-9am u s-6pm.

Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku ta’ Heritage Malta li huwa heritagemalta.org, kif ukoll il-paġna ta’ facebook tal-aġenzija Heritage Malta fuq facebook.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Meta l-Ordni ta’ San Ġwann waslet Malta fl-1530, kien hemm ftit li xejn difiża mal-kosta Maltija. Wara r-rebħa tal-Assedju l-Kbir, l-Ordni żgurat li tiddefendi aħjar lil Malta u l-isforzi tagħha…

Kultura

Malta matul l-Istorja dejjem kienet kolonizzata u ftit huma dawk li jirrealizzaw li għal perjodu fis-seklu 17, Malta kienet fiċ-ċentru ta’ imperu żgħir. Il-Professur William Zammit se jkun qed jagħti…

Kultura

Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Diċembru, Inizjamed se torganizza l-għoxrin Palk Ħieles tagħha. Ħriġna mill-addolexxenza, imma għadna rridu noħolmu, għadna rridu nkunu ħielsa. Fil-fatt sejrin f’post li huwa wkoll ħolma li…

Kultura

Fl-okkażjoni tal-10 anniversarju minn meta ġie varat il-proġett the facade in Yuletide mis-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni, se jitella’ spettaklu ta’ dawl sinkronizatt mal-mużika b’effetti ġodda. Għal…

Aktar