Attivita'
Musical tal-Passjoni fil-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun

Il-Ġimgħa Mqaddsa mal-Franġiskani, Musical fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani.

Waqt din il-produzzjoni, mhux se jinżammu r-regoli tas-soltu, b’personaġġi bħal Pilatu, San Ġwann, is-Suldat li tah is-swat kif ukoll il-Madonna u oħrajn se jirrakuntaw l-esperjenzi tagħhom ma’ Ġesu innifsu, kif tbiddlitilhom ħajjithom u b’messaġġi għalina għal-lum il-ġurnata.

Dan flimkien mal-mużika b’ kor mit-tfal, żfin minn ballerina u proġezzjoni b’filmati differenti addattati ma kull xena,  flimkien ukoll ma effetti oħra li se jakkumpanjaw dan kollu.

Il-musical se jittella’ nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu fis-7:30pm fil-Knisja ta’ San Franġisk, il-Ħamrun.  L-artal tal-istess knisja se jinbidel u jiġi addattat għal dan il-musical. Id-dħul se jkun b’xejn.

 

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Sa mill-1974, bi storja ta’ 45 sena, il-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin dejjem ħadmet qatigħ biex ittella’ dramm tal-passjoni għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan id-dramm illum tista’ tgħid huwa sinonimu mal-ġranet tar-Randan…

Attivita'

Il-Festival Gaulitana jirritorna bejn it-8 ta’ Marzu u s-7 t’April 2019, b’edizzjoni li ser tkun marbuta mat-tema “Il-Mara fis-Soċjetà”. Il-festival ħa spunt mill-Manon Lescaut (l-opra magħżula għal din is-sena) u…

Attivita'

Il-‘katavru’ ta’ aristokratiku Ruman ġie espost għall-pubbliku f’parti prominenti tad-Domus Romana, ir-Rabat, Malta. Il-funeral li se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 17 ta’ Frar, se jitlaq mid-Domus u jipproċedi lejn…

Attivita'

A Meow hall, where you can meet impressive breeds and new rare breeds (the Japanese Bobtail, Kurlian Bobtail, Russian Blue & Don Sphynx) and hear owners talk about their breeds.  Two days of…

Aktar